European Youth Forum

L-ORGANIZZAZZJONI TAGĦNA

Il-European Youth Forum huwa organizzazzjoni internazzjonali stabbilita mill-kunsilli nazzjonali taż-żgħożija u organizzazzjonijiet internazzjonali mhux governattivi taż-żgħożija li jirrappreżentaw l-interessi taż-żgħażagħ mill-Ewropa kollha. Huwa l-pjattaforma taż-żgħożija fl-Ewropa li tirrappreżenta organizzazzjonijiet taż-żgħożija f´istituzzjonijiet internazzjonali – prinċipalment l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill ta´ l-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti. Iservi sabiex jgħaddi l-informazzjoni u l-opinjonijiet bejn iż-żgħażagħ u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Il-European Youth Forum għandu 93 membru magħmula minn kunsilli nazzjonali taż-żgħożija u minn organizzazzjonijiet internazzjonali mhux governattivi taż-żgħożija, li huma federazzjonijiet fihom infushom, li jagħqdu għexieren ta´ miljuni ta´ żgħażagħ mill-pajjiżi Ewropej kollha.

IL-MISSJONI TAGĦNA

Il-European Youth Forum jaħdem sabiex jagħti liż-żgħażagħ l-poter biex jipparteċipaw attivament fl-iffurmar ta´ l-Ewropa u tas-soċjetà li jgħixu fiha. Permezz ta´ l-organizzazzjonijiet membri tagħna u tar-rwol rappreżentattiv tagħna, aħna rridu ntejjbu l-kondizzjonijiet ta´ l-għixien taż-żgħażagħ bħala ċittadini Ewropej fid-dinja tal-lum.

Il-European Youth Forum jaħdem għall-interessi taż-żgħażagħ kollha fl-Ewropa. Bħala pjattaforma, aħna l-korp rappreżentattiv tal-membri tagħna f´kuntatti ma´ l-istituzzjonijiet u s-sieħba fil-qasam taż-żgħożija.

L-GĦANIJIET TAGĦNA

Il-European Youth Forum jaspira li:

- jkun korp konsultattiv għall-istituzzjonijiet internazzjonali (l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill ta´ l-Ewropa, l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, eċċ.) fuq il-kwistjonijiet kollha rilevanti għaż-żgħażagħ u għall-organizzazzjonijiet taż-żgħożija;

- jippromovi l-politika taż-żgħożija permezz tal-politika tal-gvern u dik istituzzjonali;

- jinfluwenza l-politika ta´ l-istituzzjonijiet internazzjonali relatati ma´ kwistjonijiet taż-żgħożija;

- jżid il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u ta´ l-organizzazzjonijiet taż-żgħożija fis-soċjetà kif ukoll fil-proċess tat-teħid ta´ deċiżjonijiet;

- jippromovi l-iskambju ta´ ideat u esperjenzi, fehim reċiproku, u drittijiet u opportunitajiet ugwali fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa.

XOGĦOLNA

L-attivitajiet tal-European Youth Forum jikkonsistu prinċipalment f´:
- Xogħol ta´ Difiża
- Ċittadinanza u Tagħlim fl-aspetti kollha tal-Ħajja
- Xogħol u Affarijiet Soċjali
- Drittijiet Umani u Ugwaljanza
- Kooperazzjoni Globali taż-Żgħożija
- Żvilupp tax-Xogħol taż-Żgħożija
- Sħubija u Taħriġ
- Komunikazzjonijiet

home | forum | ahbarijiet | organisation | www.help-eu.com