MANIFESTO
Iż-Żgħażagħ: Għal Ħajja Bla Tabakk
- Manifest Ewropew Għaż-Żgħażagħ -
Introduzzjoni Preliminari

Aħna, iż-żgħażagħ Ewropew, inkwetati ħafna dwar l-impatt negattiv tat-tipjip u tipjip passiv fuq l-individwu. Aħna qed nippublikaw dan il-manifest għax nafu li d-dritt fundamentali ta’ kull individwu hu dak li jgħix ħajja b’saħħitha, f’ambjent nadif u livell ta’ ħajja xieraq. Kull individwu għandu dritt li jagħżel ħajja b’saħħitha.

Introduzzjoni

Bħala l-akbar kawża ta’imwiet fl-Unjoni Ewropea u li tista’ tiġi evitata, it-tabakk hu fattur importanti ħafna fis-settur ambjentali, ekonimiku, soċjali u dak tas-saħħa. Aktar minn għaxar telef żagħżugħ/a minn ġewwa l-Unjoni Ewropea ħadhu sehem fil- proġett imtella mill-Forum Żgħażagħ Ewropew (European Youth Forum-YFJ) “Iż-Żgħażagħ: Għal Ħajja Bla Tabakk?” (Young People: For a Life without Tobacco?). Minn dan l-istħarriġ intensiv li sar maż-żgħażagħ ħareġ numru kbir ta’ domandi u rakkomandazzjonijiet biex ikun hemm twettiq ta’xogħol aktar effetiv f’kull livell kemm dak lokali, nazzjonali u Ewropew. Dan il-Manifest Ewropew għandu fih ir-riżultati tal-istħarriġ nazzjonali li sar ġewwa l-istati membri Ewropej minn kwazi 200 rappreżentant nazzjonali li hemm f’Brussel fl-21 ta’ Mejju 2006.
 
 
Manifesto
Watch the story of the manifesto (in English only)
 
 
Testimonials
Soundbytes: Young Europeans on tobacco (in English only)
home | forum | ahbarijiet | organisation | www.help-eu.com