2006 - L-EWROPEJ IŻ-ŻGĦAR JAGĦTU L-OPINJONI TAGĦHOM
 
  Sitt xhur ta’ konsultazzjonijiet taw il-frott tagħhom: il-manifest Ewropew wasal!
200 żagħżugħ minn madwar l-Ewropa kollha nġabru fi Brussell fid-19, l-20 u l-21 ta’ Mejju 2006 sabiex jiffinalizzaw dan id-dokument uniku. Ir-rwol ta’ l-edukazzjoni, il-bżonn ta’ appoġġ fuq kull livell u l-importanza tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-abbozzar tal-politika illi tikkonċernahom – il-manifest Ewropew jiffiltra kollox.
Ahbarijiet
Azzjoni ta’ l-UE sabiex titratta inugwaljanzi tas-saħħa
Is-Segretarju ta’ l-Istat tar-RU għas-Saħħa, Patricia Hewitt, waqt id-diskors tagħha matul is-Summit li sar f’Londra fis-17 ta’ Ottubru 2005, Nittrattaw l-Inugwaljanzi tas-Saħħa –Niggvernaw għas-Saħħa, sejjħet għall-azzjoni mill-Istati Membri ta’ l-UE kollha sabiex jikkontrabattu ċ-ċiklu ta’ saħħa fqira fost il-gruppi żvantaġġati.

UE:Hija qalet: “Kważi l-problemi tas-saħħa importanti kollha, u l-kawżi maġġuri ta’ mewt prematur madwar l-Ewropa bħall-mard tal-qalb u l-kankru, huma aktar komuni fost in-nies b’livelli baxxi ta’ edukazzjoni u dħul finanzjarju.” Il-Kummissarju ta’ l-UE għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Markos Kyprianou, qal: “Aħna nixtiequ l-mudell soċjali tagħna u l-mudell ekonomiku tagħna jwasslu l-ġid u t-tqassim ġust tas-saħħa. Billi ngħinu sabiex naqsmu u nippromovu l-aħjar prattika dwar is-soluzzjonijiet illi jirnexxu, dan is-summit jista’ jgħinna nilħqu dan l-għan.”

Sors:
Dipartiment tas-Saħħa tar-RU,
17 ta’ Ottubru 2005,
http://www.dh.gov.uk/PublicationsAndStatistics/...

 
Stampa
 
Ibgħat lill-ħabib
 
Lura għall-lista
 
home | forum | ahbarijiet | organisation | www.help-eu.com