|
|
 |
| Testimonjanza |
Wara 32 sena: fl-aħħar m'għadnix inpejjep!
Il-Ġermanja
|
| “Jisimni Karl-Heins Evers. Noqgħod f’Lübeck u għandi 53 sena. Għal 32 sena pejjipt 50 sigarett kuljum, anke iktar, u bbenefikajt mill-kampanja “Għix mingħajr duħħan 2004” (kampanja mmexxija mid-Deutschen Krebsforschungzentrums (Ċentru tar-Riċerka tal-Kankru) u mill-Bundeszentrale für gesundheitliche Aufklärung (Organizzazzjoni Federali għall-edukazzjoni dwar is-saħħa)) sabiex inwaqqaf il-“karriera tiegħi ta’ tipjip’’. L-ewwel ftit ġimgħat kienu iebsin għalija: kont inħossni irritabbli ħafna; kont immur għal mixjiet twal u noqgħod attent fid-dieta. Il-parir mingħand is-servizz ta’ għajnuna bit-telefon għal dawk li jpejpu għini niffaċċja l-ħajja. Issa, ma nistax nimmaġina aktar kif kienet ħajti qabel. Il-problemi ta’ saħħa, flus moħlija, ir-riħa persistenti li tagħmel x’tagħmel qatt ma titlaq, dan kollu huwa passat.” |
|
|
|
|
|
|
|