Testimonjanza
Leslie Szabó waqaf ipejjep
L-Ungerija
Wara ħmistax-il sena tipjip, Leslie Szabó waqqaf is-sigaretti, litteralment mil-lejl għan-nhar. Diversi xhur ilu, il-kantant u kompożitur ħa deċiżjoni li jagħti dahru għal dan il-vizzju ta’ ħsara hekk kif id-diska tiegħu tkun lesta.

“Aħna tkellimna fuq din id-diska għall-ewwel darba fil-bidu tas-sajf. Bl-onestà kollha ma tantx emmint fiha. Bdejt nirrepeti lil sħabi li jien nieqaf inpejjep tassew jekk din id-diska jkollha suċċess. U hekk ġara, il-ġimgħa l-oħra ħareġ l-album tiegħi Van hova és van miért. Għalhekk, kelli nżomm kelmti”, qal il-kantant – li għamel id-debutt spettakolari tiegħu fir-reality show Megasztár – lill-ġurnalist minn Blikk. “Lanqas biss għandi sintomi ta’ astinenza min-nikotina”, żied jgħid hu

http://leslieke.blog.tv2.hu/
 11/17