Testimonjanza
Waqaft inpejjep
Malta
Mr Joseph Bartolo

“Erbatax il-sena ilu, waqaft inpejjep. Kont inpejjep 7 pakketti kuljum (140 sigaretti) għal 42 il-sena. Li waqaft inpejjep hi l-aqwa rebħa. Ma kontx inkun ħaj illum. Irnexxieli nieqaf inpejjep permezz tal-għajnuna u s-sapport li rċevejt mill-klinika biex tieqaf tpejjep, organizzati mid-dipartiment ghall-Promozzjoni tas-Saħħa, Malta. Il-vidjos li wrewna kienu impressjonanti w kkonvinċewni li nieqaf npejjep. L-ewwel ġranet, kienu difficli. Il-grupp offra ħafna għajnuna, għax ma kontx waħdi f’din il-ġlieda. Id-dar ħadd ma jpejjep allura kelli anqas tentazzjoni li npejjep. Issa ma nesponix lil tal-familja għad-duħħan u lanqas ma nagħti eżempju ħażin.”
 1/17