.: Ministeru tas-sahha - Dipartiment ghall-Promozzjoni tas-Sahha :
Id-dipartiment ghall-promozzjoni tas-sahha, joffri varji servizzi lill-pubbliku, dwar il-kontroll tat-tipjip. L-ghan ta’ dawn is-servizzi hu li jghin lin-nies jieqfu jpejpu billi joffri sapport u gwida sabiex dak li jkun jieqaf jpejjep. Il-“Quit line” huwa miftuh ghal pubbliku mit-Tnejn sal-Gimgha, waqt il-hinijiet tax-xoghol. In-nies jinghataw parir biex jghinuhom jieqfu jpejpu permezz tat-telefon. In-numru tal-“Quit line” huwa rreklamat ma’ kull kampanja ta’ kontra it-tipjip li tigi organizzata mid- dipartiment ghall-promozzjoni tas-sahha. Servizz iehor offrut, huwa il-“counselling” fuq basi individuali. In-nies jistghu jigu d-dipartiment u jircievu pariri biex jieqfu jpejpu, minghajr hlas. Dawn in-nies huma segwiti wara li jkunu gew moghtija l-pariri. Servizz iehor, li huwa offrut minghajr hlas huma il-gruppi biex tieqaf tpejjep. Dawn il-gruppi jigu organizzati fil-varji centri tas-sahha mifruxa ma’ Malta w Ghawdex. Dawk li jixtiequ jieqfu jpejpu huma ggwidati minn persuna professjonali, fuq perjodu ta’ hames gimghat, sabiex jieqfu jpejpu. Huwa facli li tippartecipa. Dak li jkun jista jcempel lid-dipartiment ghall-promozzjoni tas-sahha w tintbaghatlu applikazzjoni permezz tal-posta. Il-pubbliku huwa mheggeg li jimla applikazzjoni u li jintbaghat id-dipartiment ghall-promozzjoni tas-sahha, fejn jigi mnizzel f’dawn il-gruppi biex jieqaf jpejjep. L-applikant huwa liberu li jaghzel mill-ghazla ta postijiet fejn jsiru dawn il-gruppi, sabiex tkun aktar facli li jattendi. Ikkuntattja: Ministeru tas-sahha - Dipartiment ghall-Promozzjoni tas-sahha 1, telgha tal-Kurcifiss MT- CMR 02 Floriana Malta Tel +356 21 231247Sit tal-internett: www.health.gov.mt/ministry/dhp.htm
|