In-Netwerk Ewropew ta’ Quitlines hija inizjattiva mmirata biex timmassimizza l-kollaborazzjoni bejn dawk il-pajjiżi Ewropej li jipprovdu servizzi ta’ Quitline u li jgħinu sabiex is-servizzi tal-Quitlines jiġu żviluppati aktar fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi ta’ l-ESFA (European Smoking Prevention Framework Approach) (Programm Kwadru Ewropew ta’ Prevenzjoni tat-Tipjip). In-Netwerk twaqqaf fis-sena 2000 u kiber minn sitt membri għal ħamsa u għoxrin membru. L-għanijiet u l-oġġettivi tan-Netwerk Ewropew ta’ Quitlines huma
• Li jaqsam il-ħiliet u l-esperjenzi fit-tmexxija ta’ Quitlines • Li joffri assistenza lil dawk li jixtiequ jistabbilixxu Quitlines ġodda f’pajjiżi Membri u f’pajjiżi ta’ Adeżjoni • Li jgħolli l-istandards tal-Quitlines sabiex jiġu megħjuna aktar persuni li jpejpu fl-Ewropa u li jridu jieqfu • Li jeżamina l-firxa tal-prattika u ta’ l-evidenza tas-suċċess f’diversi stati u li jxandar dan it-tagħrif • Li jipproduċi Gwida Ewropea definittiva għall-Aħjar Prattika • Li jiżviluppa l-Akkreditazzjoni ta’ l-Istandard ta’ Kwalità tan-Netwerk Ewropew ta’ Quitlines madwar l-Ewropa.
L-imsieħba kollha jipparteċipaw b’mod regolari fi programm ta’ taħriġ estensiv u komprensiv, li jinkludi sessjonijiet fuq:
• Protokolli għall-għoti ta’ pariri • Trattamenti bbażati fuq evidenza • Saħħa Etnika Minoritarja • It-tipjip u t-tqala • Reklutaġġ • It-taħriġ tal-personal • Evidenza ta’ l-effettività ta’ pariri minn fuq it-telefon • Intervisti ta’ motivazzjoni • Il-ġbir tal-flus għal Quitlines • Messaġġi bl-SMS • Pariri minn fuq l-Internet • Paraguni bejn prattika u oħra • Il-promozzjoni tas-servizzi • Inugwaljanzi fis-saħħa
Dettalji ta' kuntatt: 211 Old Street 211 Old Street EC1V 9NR London Royaume-Uni
|