L-ahbarijiet kollha /
istituzzjonali / Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi / Konferenzi / edukazzjoni / Saħħa / Leġislazzjoni u liġi / Ekonomija / Oħrajn
Ahbarijiet
Ċelebrazzjoni hekk kif l-Ingilterra tipprojbixxi t-tipjip!
16/02/2006
L-attivisti favur is-saħħa fl-Ingilterra qegħdin jiċċelebraw rebħa kbira għas-saħħa pubblika wara d-deċiżjoni tad-Deputati Parlamentari li tipprojbixxi t-tipjip fl- Ingilterra.
Id-Deputati Parlamentari fl-Ingilterra vvotaw f’Jum San Valentin (l-14 ta’ Frar) li l-postijiet pubbliċi u l-klabbs privati kollha li huma magħluqa għandhom ikunu ħielsa mit-tipjip. Dan il-vot imur kontra l-pjanijiet tal-manifest tal-Gvern li jipprojbixxi t-tipjip biss f’postijiet li jservu l-ikel, u jestendi l-politika ta’ projbizzjoni tat-tipjip għall-ħwienet tax-xorb, il-klabbs u l-postijiet tax-xogħol.
L-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq diġà għandhom politika ta’ projbizzjoni tat-tipjip u Wales dalwaqt ser jaqbad l-istess rotta. L-attivisti favur is-saħħa huma ferm kuntenti b’dan ir-riżultat. Id-Direttriċi ta’ l-Azzjoni dwar it-Tipjip u s-Saħħa, Deborah Arnott qalet:
“Aħna ninsabu kuntentissimi illi d-Deputati Parlamentari taw widen għall-argumenti tagħna, ħarsu lejn l-evidenza u ddeċidew li l-leġiżlazzjoni li tipprojbixxi t-tipjip b’mod komprensiv hija kawża li wasal żmienha. L-Ingilterra għandha tara l-istess benefiċċji minn din il-liġi li diġà rat l-Irlanda, u li dalwaqt ser jaraw l-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq”.

Sors:
Ben Youdan, Kap Eżekuttiv ta’ No Smoking Day,
www.nosmokingday.org.uk
 9/31