Testimonjanza
Iwona Schymalla: Li tkun taf aktar ifisser li jkun aktar faċli għalik biex tieqaf
Il-Polonja
Bdejt inpejjep meta kont nattendi l-iskola sekondarja. Li t-tfal kollha jpejjpu matul il-brejk kienet ħaġa normali, għalhekk anke jien kont inqabbad sigarett. Meta kont inpejjep, tista’ tgħid li għaddejt mill-fażijiet kollha possibbli: tibda tidra, tipjip fi grupp, tipjip soċjali, tieqaf għall-benefiċċju tat-tifel, imbagħad li b’mod impulsiv taqbad sigarett mill-ġdid. Ippruvajt nieqaf mill-vizzju bosta drabi, b’hekk naf kemm hu diffiċli. Fl-aħħar irnexxieli. Iddeċidejt li t-tipjip huwa xi ħaġa stupida u m’għandix x’nambih aktar. Barra minn hekk, kont inħossni ipokrita li nieħu sehem fi programmi tas-saħħa u mbagħad inkompli npejjep.
Naħseb li l-fatt li kont naf daqshekk dwar l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa li għandu t-tipjip ikkontribwixxa ħafna biex jien nitbiegħed mis-sigaretti. Issa huwa diffiċli għalija li nimmaġina lili nnifsi nixgħel sigarett. Fi ftit kliem, it-tipjip m’għadux moda.
 8/17