|
|
 |
| Testimonjanza |
Min għandu l-kontroll – is-sigaretti jew jiena?
Il-Polonja |
| Jiena kont ili naħseb dwar l-idea li naqta’ s-sigaretti għal sitt snin. Kien idejjaqni l-fatt li jiena kont naf li s-sigaretti kienu qegħdin jikkontrollawni. Kont diġa bdejt nitlef ir-rispett lejja u mbagħad ġara li offrewli biex immexxi l-avveniment “Il-Jum Dinji Mingħajr id-Duħħan tat-Tabakk”. Matul l-avveniment riporter tat-TV staqsieni jekk kellix il-ħsieb li nieqaf inpejjep. Jiena ma kontx ċert x’għandi ngħid: Kieku għedt, “iva” ma kienx ikun hemm triq lura. Dikjarazzjoni uffiċjali bħal din hija xi ħaġa li għandha tiġi rispettata – jiena ħabbart id-deċiżjoni tiegħi fuq it-TV. Dik issiġillatha. Għalija, raġel ġej mill-muntanji, din il-wegħda tfisser obbligu għal tul il-ħajja kolha.Jiena issa ili ma npejjep għal dsatax-il xahar. |
|
|
|
|
|
|
|