Il-problema tal-effetti tat-tipjip fuq min ma pejjipx ta’ kuljum qed aktar tinkwieta lill-awtoritajiet Ewropej kif ukoll li xi stati membri ġewwa l-UE. Din il-problema hi ta’ periklu kbir għas-saħħa kif ukoll għall-ambjent
Introduzzjoni
In-nies li ma pejpux qed jiġu effettwati minn nies li pejpu billi dawn ta’ l-ewwel meta qed jieħdu in-nifs il-ġewwa, qed jieħdu arja minlija u mniġġsa b’duħħan tat-tabakk (tat-tipjip).Il-kosegwenza tat- tipjip u ta’ min ipejjep hi d-duħħan qerriedi li joħrog fl-arja ta’ madwarna: min ipejjep, meta jieħu n-nifs il-ġewwa, dan ikun qed jibla 15% biss ta’ dak id-duħħan tas-sigarrett ( bħala duħħan dirett); filwaqt, il-bqija (id-duħħan l-ieħor) huwa mxerred fl-arja ta’ madwar u b’hekk ikun jista’jinbelgħa minn-nies l-oħra li jkunu preżenti. Id-duħħan tat-tabakk għandu fih aktar minn 4000 sustanzi kimiċi li 50 minnhom fihom sustanzi li jikkaġunaw il-mard tal-kanċer u aktar minn 100, huma tossiċi (velenużi). Ftit minn dawn is-sustanzi qegħdin aktar ikkonċentrati fid-duħħan li qiegħed fl-arja milli ġo dak id-duħħan li qed jibla min qed ipejjep. Il-perikli għal min ma ppejjipx imma qiegħed fil-preżenza ta’ xi ħadd li pejjep Studju li ġie pubblikat f’April 2004 fil ‘British Medical Journal’[1] juri bis-saħħa l-effetti mortali ta’ dan id-duħħan fuq min ma ipejjipx imma fl-istess ħin qed jibilgħu ġo fih. Skond dawn l-awturi ta’ dan l-istudju, l-adulti li jgħixu ma xi ħadd li jpejjep, dawn qegħdin iżiedu iċ-ċans tal-mewt tagħhom b’rata ta’ 15%, anke jekk dawn l-istess adulti qatt ma kienu pejpu huma nnifishom. F’Mejju ta’ l-istess sena, l-Aġenzija Internazzjonali għall-Istħarriġ tal-Kanċer mill-WHO qalet li min marad bil-marda tal-kanċer kellhu x’jaqsam ma’ l-arja mniġġsa mid-duħħan tat-tabakk tat-tipjip u wriet kif min qatt ma pejjep u hu espost, bla ma rrid għat-tipjip,kien marad bil-kanċer fil-pulmun.[2] Din l-istess organizzazzjoni qalet li dawk in-nies li jgħixu ma’ min ipejjep għandhom 25% ċans aktar li jbagħtu minn mard tal-qalb.[2] Barra minn dan, id-duħħan tat-tabakk jeffettwa lit-tfal ukoll. Dawn għandhom ċans akbar li jkun jistgħu bgħatu minn infezzjonijiet (tniġġis) respiratorji, infezzjonijiet fil-widnejn li jkunu diffiċli li tfejjaq, dewmin fl-iżvilupp tal-ġuf ġewwa il-bniet, kif ukoll nuqqas ta’ piz f’ wild ġdid u anke jista’ ikun il-kaġun ta’ mwiet fit-trabi waqt li jkunu reqdin.. Fatt ieħor hu li min ma ipejjipx jista’ ibagħti minn effetti ma tantx huma sbieħ meta jkunu f’ambjent mdaħħan bħal: uġiegħ ta’ ras, sogħla, irritazzjoni fl-għajnejn, dardir (nawsea), problemi bin-nifs u problemi oħrajn. Fl-2001, ġewwa il-15 stat ta’ l-EU biss, bejn 50 u 100,000 mwiet kull sena kienu kaġunati minn dan id-duħħan velenuż fl-arja li jinbegħla minn nies li ma pejpux.[3] Il-kommunita Ewropea qegħda taħdem fuq proġett ġdid kontra t-tipjip. Wieħed jista’ issib aktar tagħrif fuq dan il-proġett fuq dawn iż-żewġ siti /websejts li jagħtu ħafna rapporti, informazzjoni, kif ukoll aħbarijiet: www.help-eu.com u http://europa.eu.int/comm/health/.../tobacco en.htm. Il-Qaffas tal-Konvenzzjoni tal-Kontrol fuq it-Tabakk (FCTC) tal- organizzazzjoni WHO li għamlet l-ewwel trattment dwar is-saħħa pubblika u li ġie aċċettat bla tilwiem mill-192 stat membru tal-WHO fl-21 ta’ Mejju 2003 waqt l-Assemblea Tas-Saħħa Dinjija, kienet l-ewwel għodda legali żviluppata biex tnaqqas lim-mwiet u l-mard relatati mat-tabakk madwar id-dinja kollha. Dan it-trattament li beda sseħħ fis-27 ta’ Frar 2005 ġie iffirmat mill-25 stat membru tal-EU u qed jiġi mwettaq minn 13 il-pajjiz
Il-Qaffas Legali Għall-EU il-perikli tad-duħħan tat-tipjip għal min ma pejjipx hu ndiriżżat b’direttiva u b’rikkomandazzjoni. Id-direttiva li tikkonċerna s-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol (89/391/EEC) tgħid fid-dettall li “ F’postijiet ta’ mistrieħ, miżuri favur minn ma pejjipx se jiġu ntużati biex titħares is-saħħa tagħhom imħabba d-duħħan tat-tipjip.” Barra minn dan, fl-2002, il-kunsill għamel rikkomandazzjoni lill-istati membri biex jieħdu passi legali biex jagħtu protezzjoni sewwa u xierqa għal kontra tipjip fuq il-postijiet tax-xogħol, postijiet pubbliċi magħluqa kif ukoll fuq it-trasport pubbliku biex b’hekk kull min ma ppejjipx ikun imħares.[4] L-azzjonijiet legali u l-modi kif kull pajjiz se jaħdem biex irażżan l-effetti tad-duħħan tat-tipjip fuq min ma ppejjipx se jkunu differenti. L-Irlanda u in-Norverġja huma l-unici pajjizi bħalissa fejn it-tipjip huwa għal kollox projbit/miżmum fil-postijiet kollha tax-xogħol, kif ukoll ġo postijiet ta’ xorb u ikel (barijiet u restoranti). L-għan ta’ dan hu: biex tħares lill-ħaddiem minn ambjent mdaħħan u għalhekk tkun qed tieħu ħsieb is-saħħa tiegħu. Fl-Irlanda, 94% tan-nies qed jirrispettaw din ir-regola. Infatti, wieħed minn ħamsa ma għadux ipejjep fil-preżenza ta’ min ma ppejjipx. L-Irlandisi li soltu ppejpu, qallu li llum qed ippejpu inqas ukoll id-dar. Din ir-regola qed turi li n-nies huma aktar imwera fuq l-effetti ħżiena tat-tipjip fuq min ma pejjipx. Ħafna mill-istati membri tal-UE ħadu din l-istess regola biex iwaqqfu t-tipjip ġo postijiet pubbliċi. Oħrajn, bħal l-Irlanda, l-Italja, Malta, il-Finlandja, l-Olanda u l-Isvezja, kollha kemm huma waqqfu t-tipjip fuq il-postijiet tax-xogħol, imma mhux kollha imbagħad daħlu l-istess regola fil-qasam tal-ikel u l- lukandi. Ħafna pajjizi (Franża, il-Belgjum, il-Polonja, l-Ungerija, l-Estonja u l-Finlandja) taw iċ-ċans lil dan il-qasam tal-ikel u l-lukandi biex jiżviluppa postijiet fejn wieħed jista’ ipejjep mingħajr ma dejjaq lil ħaddieħor li ma pejjipx, waqt li dan ikun qed jiekol barra. Xi problemi li jistgħu jżommu milli titħares din il-liġi ta’ kontra it-tipjip Dawn il-postijiet pubbliċi għandhom jiġu viżitati aktar ta’ spiss biex il-liġi tkun vera segwita, imma hawn nuqqas ta’ żjarat u l-impenn ta’ dawn l-iżjarat huma dgħajfa. Li jkun hemm post fejn wieħed jista’ ipejjep hi ideja dubbjuża/ mhix ċara, għax xorta waħda ma tistax tħares is-saħħa ta’ dak li jkun meta d-duħħan faċilment jista’ jitħallat ma’ l-arja li jkun hemm f’post fejn ma issirx tipjip. L-aħjar għażla tibqa li ma jkunx hemm tipjip imkien. Jekk dan ma jistax isseħħ, l-għażla l-oħra hi li jkun hemm postijiet magħluqa għal kollox ghat-tipjip biss. Ħidmat magħżula biex jgħinu tinforża din il-liġi kotra t-tipjip Sakemm il-liġi kontra t-tipjip tiġi f’seħħ u tibda taħdem kif suppost, stħarriġ, rapporti fil-ġurnali ta’ kuljum u taħditiet għandhom jgħinu biex in-nies issiru aktar infurmati fuq din il-problema hekk kbira (l-Isvezja, Spanja, Franza, il-Belgjum u oħrajn) L-għodda li se tintuża biex tgħin il-liġi kontra t-tipjip fil-preżenza ta’ min ma pejjipx L-Irlanda u Malta, minbarra il-mezzi ewlenin li qed jużaw biex iwaqqfu t-tipjip, dawn iż-żewġ pajjizi qed jagħmlu użu minn azzjonijiet oħrajn bħal: - bil-mezz tat-telefon, wieħed jista’ issir jaf aktar fuq din il-liġi l-ġdida kif ukoll kif wieħed jista’ jagħmel biex jieqaf ipejjep (“Quitline”) (in-numru ta’ din il-linja tat-telefon tinsab fuq il-pakketti tas-siggaretti kollha f’Malta) - Qabel ma bidet isseħħ din il-liġi, saret kampanja sħiħa ta’ reklamar kontra t-tipjip madwar il-pajjiz kollhu. Riżultati posittivi dwar din il-liġi kontra t-tipji p ġew irrappurtati f’ħafna studji li qegħdin issiru bħalissa. Fl-2002, il-‘British Medical Journal’ wera li b’din il-liġi ta’ projbizzjoni tat-tipjip fuq il-postijiet ġegħlet lil min ipejjep inaqqas dan il-viżżju hekk qerriedi b’29%.[5] Għeluq
Għandhom il-liġijiet kontra t-tipjip fil-preżenza ta’ min ma pejjipx (bħall-Irlanda), li huma magħmula fuq livell Ewropew , jiġu użati kullimkien? Hu rakkomandatt li l-gvernijiet kollha għandhom jimxu fuq il-passi tal-Irlandisi u b’hekk iwaqqfu darba għal dejjem it-tipjip f’postijiet pubbliċi u mill-postijiet tax-xogħol. Din il-liġi/ ir-rażna se tħares mhux biss lill-ħaddiema imma ukoll lill-kliejenti li huma esposti għal dawn is-sustanżi ħziena li jikaġġunaw il-kanċer li nsibuhom ġo l-ambjent mimli duħħan tat-tabakk hekk velenuż. Billi inħarsu sew lejn il-prevenzjoni tat-tipjip, kif inhu indikat f’studji li saru dan l-aħħar( bħal rapport ta’ studju fuq pjanijiet relatati mas-saħħa ġewwa l-UE 2004) jgħin fil-kampanja favur biex jieqaf it-tipjip f’postijiet tax- xogħol/pubbliċi. Din tgħin aktar biex tkun tista’ iggib il-bidla ġdida, effettiva u ta’ min jemmen fiha. It-tama ewlenija hi li tara li sseħħ xogħol sew u xieraq mibni fuq il-prinċipju tal-Kummissjoni kif ukoll tal-gvernijiet nazzjonali biex tkun tista’ tiġġieled kontra kull problema, żgħira jew kbira, li jista’ ikollha minn qosma differenti li se jitħabtu biex ma ikunx hemm il-liġi kontra it-tipjip! Tpartit/Bdil ta’ idejat tajbin/taħriġ ġdid Numru kbir mill-istati membri ġewwa l-UE kellhom jirrevedu il-liġijiet tagħhom dwar it-tipjip. Dawn kollha qed jistudjaw ix-xogħol li sar ġewwa l-Irlanda, Malta u in-Norvegja. B’ċar jidher li, li trażan it-tipjip għal kollox hu l-aħjar mezz u anke faċli biex twaqqaf darba għal dejjem dan il-viżżju hekk qerriedi. B’hekk tkun tista’ tevita ukoll taħwid u inkwiet bejn min ipejjep u min ma pejjipx. Fl-Irlanda kif ukoll f’Norvegja, qbiel u rispett lejn dawn il-liġijiet bdew jidhru hekk kif ġiet infurżata t-trażżin tat-tipjip darba għal dejjem kullimkien fis-sena 2004. Tagħrif meħud minn: [1] Sarah E Hill, “Mortality among never smokers living with smokers”, British Medical Journal, 05.04.2004. [2] WHO International Agency for Research on Cancer. Monograph on the evaluation of the risk to humans: tobacco smoke and involuntary smoking. Lyon, France 2004; Vol 83. htpp://monographs.iarc.fr [3] British Medical Association (2002). Towards Smoke-Free Public Places. London, UK, November. www.bma.org.uk [4] Council Recommendation of 2 December 2002 on the prevention of smoking ans on initiatives to improve tobacco control (2003/54/EC), Official Journal L 022, 25/01/2003 P. 0031 - 0034 [5] Fichtenberg and Glantz (2002). Effect of smoke-free workplaces on smoking behaviour: Systematic Review, BMJ vol.325, 27 July | Kummenti: - Dan ir-rapport ġie mħejji fuq tagħrif mill-aktar preċiż mill-membri kollha tal-Għaqdiet Ewropej Magħqudin favur il-Prevenzjoni tat- Tipjip (April 2005). - “ Dawn l-opinjonijiet espressi/ddikjarati f’dawn iċ-cirkostanzi ma għandhomx ikunu meqjusa bħala l-pożiżżjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. - Il-bidu u l-ġbir ta’ dan it-tagħrif se jagħmlu parti mill-kontenut ewlieni. - Bħala parti minn din il-kampanja ġdida kontra it-tipjip “HELP – Għal Ħajja Bla Tabakk” li ġiet inawgurata mill-Kummissjoni Ewropea, se tgħaddi rapporti lill-istampa (minn April sa Novembru) biex dawn dejjem ikollhom tagħrif siewi relatat mas-saħħa biex b’hekk din tkun tista’ tissaħħah, tittwal u isir aktar effettiva fil- miżuri tagħha. Għall-aktar informazzjoni tista' tikkuntatja: Stephen D’Alessandro, D’Alessandro & Associates Ltd., 33/4, Triq Abate Rigord, Ta’Xbiex MSD 12 Tel: 21342704, 21318878 Fax: 21316694 e-mail office@tcin.com |