L-għan ta’ l-avveniment hu li jingħaqdu flimkien l-aktar leġislaturi anzjani Ewropej u nazzjonali, ir-rappreżentanti diplomatiċi, ix-xjenzjati, is-soċjetà ċivili u l-membri ta’ l-istampa internazzjonali l-aktar superjuri. Wara l-introduzzjoni tal-leġislazzjoni tal-kontroll tat-tabakk fl-Irlanda, fl-Italja u fin-Norveġja, l-għan hu li jiġu eżaminati l-effetti tal-leġislazzjoni f’dawn il-pajjiżi u l-implikazzjonijiet tad-direttiva għall-Unjoni Ewropea u għall-Istati Membri tagħha. Il-konferenza għandha ssaqsi wkoll jekk wasalx iż-żmien li l-Unjoni Ewropea tipprova tipproteġi dawk li attwalment jaħdmu f’ambjenti mimlija dħaħen tat-tabakk. Barra mid-diskorsi importanti mill-Ministri li stabbilixxew u li mexxew l-isforzi biex jinħolqu ambjenti ta’ postijiet ta’ xogħol b’saħħithom u bla periklu, il-Kummissarju Ewropew responsabbli mis-Saħħa, is-Sur Markos Kyprianou jista’ jagħmel diskors. Waqt il-laqgħa huwa mistenni li jitkellem ukoll rappreżentant superjuri mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. L-imsieħba soċjali kkonfermaw il-preżenza tagħhom fil-konferenza, flimkien mal-Ministri ta’ l-Irlanda, ta’ l-Italja, tal-Lussemburgu u tal-Latvja. Il-Presidenza tal-Lussemburgu approvat uffiċjalment il-konferenza.
Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok żur: www.smokefreeeurope.com |