|
|
 |
| Testimonjanza |
L-iskola tal-ħajja
Is-Slovenja
|
Saš Kravos
“Bħala eks-sportiv ta’ l-ogħla livell, qattajt l-ewwel 18-il sena ta’ ħajti fil-kamp ta’ l-atletika. Minħabba li korrejt f’irkoppti, ma bqajtx nikkompeti. Bdilt l-avvenimenti sportivi ma’ bars u pârtis mherwla u bdejt inpejjep – u sirt ma ngħaddix mingħajr is-sigaretti. Żgur li domt inpejjep ħafna, kważi 19-il sena.
Bejn l-1989 u l-1995 bdejt karriera fil-kummerċ u kelli diversi karigi għoljin fi ħdan kumpannija internazzjonali li l-attività prinċipali tagħha kien il-bejgħ tal-prodotti tat-tabakk.
Fl-1998, seħħet bidla sinifikanti f’ħajti. Inkun qed nigdeb jekk ngħid li qatt ma kkunsidrajt li nieqaf inpejjep, jew fil-fatt li nagħmel bidla radikali fl-għażla tiegħi tal-qasam kummerċjali – sabiex ma nkomplix naħdem għall-industrija tat-tabakk.
Ir-raġuni finali għalfejn jien waqaft inpejjep tabilħaqq kienet il-marda serja ta’ missieri. Waqaft inpejjep għal għeluq sninu, bħala rigal. Kont naf li dik kienet ix-xewqa vera tiegħu. Minn dak iż-żmien ma missejtx sigarett ma’ ħalqi u missieri rkupra. Wara tant żmien, saħħti hija ferm aħjar u qiegħed nerġa’ nieħu sehem b’mod attiv fl-isport. Li waqaft inpejjep kienet waħda mill-aħjar deċiżjonijiet ta’ ħajti.
Illum immexxi il-fondazzjoni “Z glavo na zabavo”, li tgħin fit-tkabbir ta’ l-għarfien fost iż-żgħażagħ ta’ l-effetti ħżiena li jġib miegħu l-abbuż ta’ l-alkoħol u li turihom li huwa possibbli li wieħed jiddeverti mingħajr “l-għajnuna” tax-xorb jew tad-drogi.” |
|
|
|
|
|
|
|