L-ahbarijiet kollha /
istituzzjonali / Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi / Konferenzi / edukazzjoni / Saħħa / Leġislazzjoni u liġi / Ekonomija / Oħrajn
Ahbarijiet
Azzjoni ta’ l-UE sabiex titratta inugwaljanzi tas-saħħa
08/11/2005
Is-Segretarju ta’ l-Istat tar-RU għas-Saħħa, Patricia Hewitt, waqt id-diskors tagħha matul is-Summit li sar f’Londra fis-17 ta’ Ottubru 2005, Nittrattaw l-Inugwaljanzi tas-Saħħa –Niggvernaw għas-Saħħa, sejjħet għall-azzjoni mill-Istati Membri ta’ l-UE kollha sabiex jikkontrabattu ċ-ċiklu ta’ saħħa fqira fost il-gruppi żvantaġġati.
UE:Hija qalet: “Kważi l-problemi tas-saħħa importanti kollha, u l-kawżi maġġuri ta’ mewt prematur madwar l-Ewropa bħall-mard tal-qalb u l-kankru, huma aktar komuni fost in-nies b’livelli baxxi ta’ edukazzjoni u dħul finanzjarju.” Il-Kummissarju ta’ l-UE għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Markos Kyprianou, qal: “Aħna nixtiequ l-mudell soċjali tagħna u l-mudell ekonomiku tagħna jwasslu l-ġid u t-tqassim ġust tas-saħħa. Billi ngħinu sabiex naqsmu u nippromovu l-aħjar prattika dwar is-soluzzjonijiet illi jirnexxu, dan is-summit jista’ jgħinna nilħqu dan l-għan.”

Sors:
Dipartiment tas-Saħħa tar-RU,
17 ta’ Ottubru 2005,
http://www.dh.gov.uk/PublicationsAndStatistics/...
 4/10