|
|
 |
| Testimonjanza |
Raimund Margreiter, kirurgu tat-trapjanti magħruf mad-dinja kollha, Sptar ta’ l-Università ta’ Innsbruck
L-Awstrija |
L-istorja tiegħi bit-tipjip bdiet meta kelli erbatax-il sena u, għall-ewwel spiċċat dakinhar li għalaqt it-30 sena, sakemm erġajt bdejt inpejjep seba’ snin wara fl-okkażjoni ta’ parti ta’ tmiem il-kungress.
Waqaft għal kollox sentejn wara. Barra l-ħsara mistennija għal saħħti, l-aktar ħaġa li ġagħlitni nwaqqaf it-tipjip kienet id-dipendenza kbira li kelli fuq is-sigaretti.
Illum naf li ħafna attivitajiet u esperjenzi, li dawk li jpejpu jassoċjaw mal-konsum ta’ sigarett, huma effettivament aħjar u jagħtu aktar pjaċir mingħajr in-nikotina. Minkejja l-istress konsiderevoli fil-ħajja professjonali tiegħi, qatt ma erġajt bdejt inpejjep u anke rnexxieli nikkonvinċi lil marti biex tieqaf. Fortunatament, uliedi qatt ma bdew. |
|
|
|
|
|
|
|