|
|
 |
| Testimonjanza |
L-istorja ta' Marga Bulthuis
L-Olanda
|
Marga Bulthuis għandha 48. Taħdem part-time f’ħanut tal-ħwejjeġ u għandha 4t itfal.
“5 xhur ilu ċempilt lis-servizz ta’ kontra t-tabakk STIVORO. Poġġejt l-aħħar tamiet kollha tiegħi fuqhom.
Ftit ġimgħat qabel kont rajt in-numru tat-telefon tagħhom fuq pakkett tas-sigaretti. Imma minħabba li ma kontx ċempilt mill-ewwel, spiċċajt tliftu. Kull darba li xtrajt pakkett sigaretti ttamajt li nerġa’ nara n-numru. Meta fl-aħħar sibt pakket bin-numru, ċempilt mill-ewwel.
Kelli konversazzjoni telefonika pjaċevoli ma’ konsulent ta’ STIVORO. Flimkien eżaminajna t-tentattivi preċedenti tiegħi biex nieqaf inpejjep, u kkonkludejna li l-għajnuna telefonika probabbilment se tkun l-imbutattura fid-direzzjoni t-tajba sabiex nieqaf inpejjep darba għal dejjem.
Illum, 5 xhur wara, għadni ma pejjiptx, u naf li jekk qatt ikolli xi problemi, nista’ nċempel 0900 9390’’ |
|
|
|
|
|
|
|