Testimonjanza
Il-linja Stop-liniens (Quitline)
Id-Danimarka
Dawk li wżaw il-pariri tal-linja STOP-liniens taw il-kummenti li ġejjin:
“Il-persuna ma’ min tkellimt kienet tajba, simpatika u taf tifhem. Tat parti minnha nnifisha.”

“Ir-risposti ma kienux tradizzjonali, iżda adattati u personali.”

“Ħassejt li kelli lil xi ħadd fuq min nistrieħ u xi ħadd li jinkoraġġini. Kienet attenta. Meta ċempilt, kont motivata ħafna. Ħassejt li xi ħadd jemmen fija.”

“Ma nafx jekk hu kienx ipejjep qabel, imma kien jaf jifhem u kellna xi ħaġa komuni.”

“Tkellmet fuq l-esperjenzi tagħha u għamluli tajjeb li smajthom. Konsegwentament ma bqajtx inħossni waħdi bil-problema tiegħi u, fuq kollox, ħassejt li jien ma kontx l-unika persuna li kellha xi ħaġa ħażina.”

“Inħossni tajjeb inkun naf li dan ħadem fuq ċerti nies.”
 13/17