L-ahbarijiet kollha /
istituzzjonali / Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi / Konferenzi / edukazzjoni / Saħħa / Leġislazzjoni u liġi / Ekonomija / Oħrajn
Ahbarijiet
Il-Kungress Spanjol unanimament japprova l-liġi ta’ kontra t-tabakk
08/11/2005
Mill-1 ta’ Jannar 2006 għandha tidħol fis-seħħ fi Spanja liġi ġdida li tipprojbixxi t-tipjip fil-postijiet tax-xogħol. Il-Kumitat tas-Saħħa tal-Parlament Spanjol approva liġi nazzjonali ġdida li tirregola l-bejgħ, ir-reklamar u t-tqassim tal-prodotti tat-tabakk fi Spanja. Ftit biss mill-200 emenda introdotti mid-diversi partiti politiċi ġew finalment inklużi fit-test.
It-test finali tal-liġi jistabbilixxi projbizzjoni totali tat-tipjip:

- fil-postijiet tax-xogħol pubbliċi u privati;
- fiċ-ċentri tas-saħħa u l-faċilitajiet mediċi (inkluż l-isptarijiet);
- fl-istituzzjonijiet edukattivi;
- fil-faċilitajiet ta’ l-isport;
- fil-fondi kummerċjali;
- fit-trasport pubbliku;
- fil-pompi tal-petrol u
- fil-liftijiet.

Il-bejgħ tat-tabakk lill-minorenni (fi kliem ieħor dawk taħt it-18) se jkun ipprojbit. Il-bejgħ tal-prodotti tat-tabakk f’bini pubbliku u b’bini amministrattiv inkluż il-bini kontigwu, il-faċilitajiet mediċi u tas-saħħa, l-iskejjel, il-faċiltajiet edukattivi u kulturali u fil-faċilitajiet ta’ l-isport se jkun ipprojbit bil-liġi.

It-tipjip se jkun permess fit-teatri, fl-ajruporti u fl-istazzjonijiet tal-linja f’żoni speċifiċi għat-tipjip. Il-ħwienet tax-xorb u r-ristoranti se jingħataw permess li joħolqu żoni għat-tipjip, jekk dawn ikunu murija b’mod ċar u separati u biss jekk iż-żona hija akbar minn 100 m².

Ir-reklamar tal-prodotti tat-tabakk fil-mezzi tax-xandir, fuq ir-radju, fuq kartelluni u fiċ-ċinema, kif ukoll il-promozzjoni u t-tqassim b’xejn tal-prodotti tat-tabakk, se jkunu pprojbiti.

Il-ksur se jkunu kkastigati b’multi bejn it-€ 30 u € 600,000, skond is-serjetà tar-reat.

Il-proposta għandha tkun ippreżentata lis-Senat għal approvazzjoni finali f’Novembru 2005.

Sors:
El Mundo,
5 ta’ Ottubru 2005,
http://www.elmundo.es/
 10/31