H.E.L.P., abbrevjazzjoni tal-kliem bl-Ingliż Health European Leading Programme (Programm Ewlieni Ewropew tas-Saħħa), għandu bħala għan fl-Ewropa li jiġġieled għall-benesseri tas-saħħa pubblika, u b’mod partikolari kontra l-vizzju tat-tabakk, kemm jekk attiv kif ukoll jekk passiv. Flimkien mal-25 pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea, il-programm HELP huwa maħsub bħala link bejn min ipejjep, min ma jpejjipx li huwa suġġett għad-dipendenza passiva fuq it-tabakk, NGOs u assoċjazzjonijiet li jaħdmu kontra t-tipjip, il-mezzi tax-xandir li jiktbu dwar l-iżviluppi fil-ġlieda kontra t-tabakk u dawk li jikkomunikaw u li jagħtu bidu għal azzjonijiet varji. Il-programm HELP joffri informazzjoni oġġettiva, appoġġ personali u kollettiv, jagħti bidu u jippromwovi proġetti u jagħti appoġġ għal azzjonijiet lokali, nazzjonali jew Ewropej.
Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.
|