Is-sogħla hija fenomenu reattiv minħabba irritazzjoni, li biha l-arja fil-pulmun tiġi mbuttata ’l barra f’daqqa. Is-sogħla tista’ tkun waħda niexfa jew produttiva jiddependi fuq jekk tkunx akkompanjata jew le mit-tneħħija ta’ mukus li jkun qiegħed jinblokka l-passaġġi ta’ l-arja. Sogħla hija kontrazzjoni spasmodika f’daqqa, spiss ripetittiva, tal-kavità torarċika li tirriżulta fit-tneħħija vjolenti ta’ l-arja minn ġewwa l-pulmuni. Normalment, sogħla tiġi mibdija bil-ħtieġa li titneħħa akkumulazzjoni ta’ belgħun fuq wara tal-gerżuma; l-arja tista’ timxi f’dan il-passaġġ sa veloċità ta’ 480km/h.
Sogħla tista’ tiġi kkaġunata minn biċċa ikel li tidħol fit-trakea minflok fl-osofagu minħabba difett ta’ l-epiglotta. Madankollu, sogħla frekwenti jew kronika normalment tindika l-preżenza ta’ marda. Billi joħloq ostruzzjoni fil-pulmuni, it-tabakk spiss jipprovoka sogħla produttiva vjolenti, sinjal ta’ twissija ta’ patoloġija żviluppata aktar.
Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.
|