Lexicon
Ażżma / Dipendenza / Droga / Duħħan / Ftim / HELP / Il-Manifest / Il-persuna li tpejjep / Il-vizzju tat-tabakk / Infart / Kanċer / Kanċer tal-pulmun / Kowċing / Nikotina / Nisa tqal / Pulmun / Sigarett / Sigarru / Sogħla / Tabakk / tar / Tipjip / Tipjip passiv
 
 

IL-VIZZJU TAT-TABAKK

Il-vizzju tat-tabakk huwa forma ta’ teħid ta’ velenu, dipendenza fuq droga dovuta għall-abbuż tat-tabakk. Il-vizzju tat-tabakk imiss kemm lil min ipejjep kif ukoll lil ta’ madwaru, minħabba li joħloq dipendenza passiva għat-tabakk, li għal persuna li ma tpejjipx tikkostitwixxi t-teħid involontarju tad-duħħan tat-tabakk ta’ ħaddieħor. Il-vizzju tat-tabakk jikkonsisti fil-konsum eċċessiv tat-tabakk, fil-forma ta’ sigaretti, sigarri u pipi. Il-vizzju tat-tabakk jolqot lil aktar minn 1.1 biljun ruħ fid-dinja u huwa l-kaġun għal bosta patoloġiji li jistgħu jwasslu għall-mewt (kanċerijiet, problemi kardjovaskulari, problemi respiratorji...).

Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.