It-tabakk huwa l-prodott miksub bit-tnixxif u bit-tħejjija tal-weraq ta’ din il-pjanta u jista’ jiġi mxammem, magħmud jew impejjep. Imdaħħla fl-Ewropa minn Kristofru Kolombu, il-werqa tat-tabakk, il-“pjanta meraviljuża”, użata fil-bidu għall-virtujiet tagħha li suppost jikkalmaw, malajr saret prodott ta’ lussu li kien jiġi magħmud, imsoffi jew imxammem sa nofs is-seklu 19, epoka li fiha kien qed jiżviluppa l-użu tas-sigarru, segwit mill-qrib mis-sigarett.
It-tabakk jaf is-suċċess tiegħu għall-alkalojdi u b’mod partikolari għan-nikotina: l-azzjoni doppja tiegħu, waħda bħala sedattiv u l-oħra bħala azzjoni stimulanti tipprovdi tqanqil ta’ benesseri. Madankollu, il-kostitwenti tat-tabakk għandhom rwol ta’ periklu fuq is-saħħa tal-konsumatur, li jista’ iwassal għal riskju għoli ta’, fost affarijiet oħra, kanċer, u problemi kardjovaskulari. U l-vizzju farmakoloġiku hu mħallat b’dipendenza psikoloġika li wieħed diffiċli joħroġ minnha.
Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.
|