Il-ftim hu proċess li persuna progressivament tgħaddi mingħajr droga jew sustanza kkonsmata b’mod estrem. Għal min ipejjep, il-ftim jikkonsisti f’li jieqaf jieħu t-tabakk għal kollox, kemm jekk bħala sigaretti, sigarri jew pipa. Il-ftim hu perjodu ta’ uġigħ li matulu, il-persuna għandha mnejn ikollha bżonn ta’ appoġġ mediku u psikoloġiku. Il-ftim mit-tabakk huwa importanti minħabba li jwassal għat-twaqqif totali tal-konsum tas-sigaretti sabiex jiġu evitati kumplikazzjonijiet patoloġiċi għall-persuna.
Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.
|