Il-pulmun hu kull wieħed miż-żewġ organi li jinsabu fit-toraċi li jiżguraw l-iskambju ta’ gassijiet permezz tal-funzoni respiratorja. Il-pulmun hu organu maqlub li jippermetti l-iskambju ta’ gassijiet vitali, b’mod partikolari l-ossiġnu u d-dijossidu karboniku. L-ossiġnu hu meħtieġ għall-metaboliżmu tal-ġisem u d-dijossidu karboniku jrid jiġi evakwat. Il-pulmun jipparteċipa f’funzjonijiet oħrajn, bħar-regolazzjoni tal-metaboliżmu bażiku aċiduż jew il-filtrazzjoni tad-demm bl-eliminazzjoni ta’ emboli żgħar.
Il-pulmun hu vventilat b’movimenti toraċiċi mat-teħid u mal-ħruġ ’l barra tan-nifs li jikkostitwixxu ċiklu respiratorju. It-tabakk, bl-effetti ta’ ħsara tiegħu, jista’ jwassal għal deterjorazzjoni fiċ-ċiklu respiratorju u l-qerda tal-pulmuni. Bil-konsum tat-tabakk il-pulmun jista’ jiġi ostakolat bit-tar li jinsab fis-sigaretti u b’hekk jipprovoka diffikultajiet fit-teħid tan-nifs.
It-taħsir tal-pulmun jista’ jkun akkumpanjat b’kanċer (il-kanċer tal-pulmun hu l-aktar kanċer komuni fost dawk li jpejpu) u jwassal għall-mewt tal-persuna li tpejjep.
Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.
|