Lexicon
Ażżma / Dipendenza / Droga / Duħħan / Ftim / HELP / Il-Manifest / Il-persuna li tpejjep / Il-vizzju tat-tabakk / Infart / Kanċer / Kanċer tal-pulmun / Kowċing / Nikotina / Nisa tqal / Pulmun / Sigarett / Sigarru / Sogħla / Tabakk / tar / Tipjip / Tipjip passiv
 
 

NIKOTINA

In-nikotina tieħu isimha mingħand id-diplomatiku Franċiż Jean Nicot, ambaxxatur f’Lisbona, fil-Portugall. Kien hu li kien responsabbli biex Catherine de Medicis tiskopri t-tabakk, billi rrakkmandaħulha għall-virtujiet tiegħu li suppost jikkalmaw, li wassal biex imbagħad beda l-iżvilupp ta’ l-użu tat-tabakk fl-Ewropa. In-nikotina hija alkalojdu li jinsab f’konċentrazzjonijiet għoljin fil-werqa tat-tabakk; effettivament, in-nikotina tirrappreżenta 5% tal-piż tal-pjanta.

In-nikotina hi velenu li hu prodott b’mod naturali mill-pjanta tat-tabakk u tintuża notevolment f’għadd ġmielu ta’ insettiċidi minħabba s-setgħa li għandha li tinnewtralizza. Bħala kostitwent essenzjali tas-sigarett, in-nikotina tistimula s-sistema nervuża imma bl-azzjoni qawwija u tossika tagħha fuq il-ġisem, tista’ twassal għal ivvellenar serju.

In-nikotina tipprovoka żjieda fil-pressjoni tad-demm u fit-taħbit tal-qalb, ir-rilaxx ta’ l-adrenalina u n-nuqqas fl-aptit. Meta jkun hemm konsum eċċessiv, in-nikotina twassal għal tqalligħ u rimettar li konsegwentament jistgħu jwasslu għall-mewt b’paraliżi respiratorja. Sintomi ta’ astinenza jimmanifestaw ruħhom permezz ta’ irritabilità, uġigħ ta’ ras u ansjetà li jistgħu jwasslu għal depressjoni.

Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.