Fl-immaġni ta’ derivat tal-faħam minn fejn iġib ismu, it-tar hu sustanza li hi preżenti fid-duħħan tat-tabakk. It-tar huwa residwu iswed u li jwaħħal li hu magħmul minn mijiet ta’ sustanzi kimiċi, li xi wħud minnhom huma meqjusin karċinoġeniċi jew ikklasifikati bħala skart tossiku. Fost is-sustanzi li wieħed isib fit-tar tat-tabakk wieħed isib idrokarboni aromatiċi poliċikliċi, amini aromatiċi u komposti inorganiċi. L-ewwelnett joħloq ostruzzjoni fil-pulmuni u jiddisturba r-respirazzjoni u b’dan il-mod, it-tar, bħas-sustanzi l-oħrajn li jinsabu fis-sigaretti, huwa responsabbli għat-tossiċità tagħhom, li jwassal għal dipendenza fuq it-tabakk u għal bosta mard assoċjat mal-konsum tat-tabakk.
Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.
INFART: Infart huwa leżjoni tat-tessut b’nekrosi taċ-ċelluli kkaġunata minn problema fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm. Infart hu deskritt bħala l-mewt f’daqqa u massiva taċ-ċelluli ta’ organu u huwa assoċjat man-nuqqas ta’ ossiġnu, u ħafna drabi huwa dovut għal difett fl-infużjoni tad-demm. L-infart tal-mijokardju li hu l-aktar forma komuni, b’mod partikolari fost dawk li jpejpu, hu leżjoni tal-qalb minħabba t-tħassir ta’ l-arterja koronarja. L-infart jista’ anke jmiss il-moħħ, il-musrana ż-żgħira jew anke l-pulmuni.
L-aktar kawża frekwenti ta’ infart hi l-ateroma; marda ta’ l-arterji assoċjata mal-formazzjoni ta’ plakek lipidiċi li fit-tixqiq jew fid-distakkament tagħhom, jistgħu jikkaġunaw il-ħolqien ta’ embolu li mbagħad jimblokka arterja. Il-vizzju tat-tabakk huwa wieħed mill-kawżi ewlenin tal-feġġa u ta’ l-aggravar ta’ l-ateroma, li jwassal għal infart, u tar-riskju ta’ mewt.
Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.
|