Il-persuna li tpejjep hija l-persuna li tikkonsma t-tabakk. Madwar id-dinja, aktar minn 1.1 biljun persuna li tpejjep jikkonsmaw 5,500 biljun sigarett fis-sena. L-għadd ta’ persuni li jpejpu beda jikber fil-bidu tas-seklu 20 bil-wasla tas-sigarett; qabel dan it-tabakk kien jiġi mxammem jew magħmud. Il-persuna li tpejjep tista’ tkun konsumatur tas-sigaretti, sigarri jew pipi. Minħabba n-natura perikoluża tat-tabakk u l-aġenti marbuta miegħu, il-persuna li tpejjep tista’ tiġi vvizzjata u taqa’ vittma ta’ bosta problemi patoloġiċi bħall-kanċer, problemi kardjovaskulari jew bronkite kronika.
Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.
|