Lexicon
Ażżma / Dipendenza / Droga / Duħħan / Ftim / HELP / Il-Manifest / Il-persuna li tpejjep / Il-vizzju tat-tabakk / Infart / Kanċer / Kanċer tal-pulmun / Kowċing / Nikotina / Nisa tqal / Pulmun / Sigarett / Sigarru / Sogħla / Tabakk / tar / Tipjip / Tipjip passiv
 
 

TIPJIP

It-tipjip jikkonsisti fil-ħruq tat-tabakk u t-teħid tad-duħħan man-nifs permezz tal-ħalq. It-tipjip hu vizzju li żviluppa u li ġie demokratizzat fil-bidu tas-seklu 20. Qabel dan, it-tabakk kien jiġi mxammem jew magħmud. Illum it-terminu tipjip tat-tabakk hu assoċjat ma’ sigaretti, sigarri jew pipi.

It-tipjip jikkaġuna dipendenza fuq it-tabakk li tista’ twassal għal bosta mard bħall-kanċer, problemi kardjovaskulari u bronkite kronika. Għalhekk, it-tipjip hu ta’ periklu mhux biss għall-konsumatur tat-tabakk innifsu imma wkoll għal dawk ta’ madwaru/madwarha minħabba t-teħid tan-nifs.

Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.