Lexicon
Ażżma / Dipendenza / Droga / Duħħan / Ftim / HELP / Il-Manifest / Il-persuna li tpejjep / Il-vizzju tat-tabakk / Infart / Kanċer / Kanċer tal-pulmun / Kowċing / Nikotina / Nisa tqal / Pulmun / Sigarett / Sigarru / Sogħla / Tabakk / tar / Tipjip / Tipjip passiv
 
 

DUĦĦAN

B’mod ġenerali, id-duħħan hu magħmul minn taħlita ta’ gassijiet, fwar ta’ l-ilma u frak żgħar li jnixxu element meta jinħarqu jew meta jiġu msaħħna għal temperatura għolja ħafna. Il-kompożizzjoni tad-duħħan tat-tabakk hija kumplessa minħabba li tiddependi fuq it-tip ta’ tabakk (Virginia jew iswed), l-addittivi u kif jiġi kkonsmat. Ġew identifikati aktar minn 4,000 sustanza fid-duħħan tas-sigaretti. Fil-fażi ta’ gass, wieħed isib minn 10 sa 15% ta’ gass tad-dijossidu karboniku, minn 3 sa 6% ta’ monossidu karboniku, minn 0.1 sa 0.2 ta’ cyanhydric acid u komposti organiċi volatili (minn 1 sa 3%) bħal aldeidi, ketoni u idrokarburi. Fil-fażi solida wieħed isib il-preżenza ta’ sustanzi karċinoġeniċi, ta’ irritanti, ta’ metalli, ta’ radikali liberi u ta’ nikotina.

Hemm bosta sustanzi velenużi li jinsabu fid-duħħan tas-sigaretti (tar, nikotina, ammonja, monossidu karboniku, benżini, arkoleini...) li jaffettwaw mhux biss lil min ipejjep imma lil dawk ta’ madwaru wkoll. Il-vizzju tat-tabakk kemm jekk b’mod attiv kif ukoll b’mod passiv jipprovoka kanċerijiet tal-pulmuni, tal-ħalq, tal-larinġi, tal-griżmejn, tal-kliewi, ta’ l-għonq tal-ġuf u ta’ l-imsaren kif ukoll attakki tal-qalb, problemi fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm, attakki ta’ puplesija u problemi kardjovaskulari, infarti, mard tal-pulmun, bronkite kronika, mard tal-ħanek u problemi ta’ saħħa fil-ħalq.

Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.