Lexicon
Ażżma / Dipendenza / Droga / Duħħan / Ftim / HELP / Il-Manifest / Il-persuna li tpejjep / Il-vizzju tat-tabakk / Infart / Kanċer / Kanċer tal-pulmun / Kowċing / Nikotina / Nisa tqal / Pulmun / Sigarett / Sigarru / Sogħla / Tabakk / tar / Tipjip / Tipjip passiv
 
 

DROGA

Id-droga hija sustanza psikotropika li l-użu tagħha jista’ jwassal għall-vizzju tad-droga. Il-kelma droga ġejja mill-kelma Olandiża droog, li tfisser niexef u hi terminu li jkopri firxa sħiħa ta’ sustanzi psikotropiċi, jiġifieri sustanzi li jimmodifikaw il-ħsieb, ir-rieda u l-ġudizzju, li jistgħu jwasslu għal dipendenza – magħrufa wkoll bħala vizzju. Id-drogi ta’ spiss jaħdmu taħt l-influwenza ta’ alkalojdu wieħed jew ħafna, bħan-nikotina, li jimmodifikaw it-trasmissjonijiet tas-sinapsi. Id-drogi, kemm dawk qawwija jew inqas qawwija, jiġu f’għamliet diversi u taħt diversi titli imma jinsabu f’kull fergħa tas-soċjetà. It-tabakk bir-raġun huwa kkonsidrat bħala droga minħabba li hu ta’ periklu għas-saħħa u joħloq dipendenza.

Il-konsum tad-droga, u b’mod partikolari tat-tabakk, huwa spiss parti minn inkwiet akbar, bħal meta persuna tiddubita lilha nnifisha u tħoss nuqqas ta’ kunfidenza fiha nnifisha u konsum ripetut tad-droga jista’ jwassal għal vizzju. Meqjus bħala droga, it-tabakk iwassal għal dipendenza u huwa responsabbli għal numru ta’ problemi fiżiċi (kanċerijiet, bronkite kronika u problemi kardjovaskolari) li jistgħu jwasslu għall-mewt tal-persuna li tpejjep. Minħabba d-duħħan li jittieħed man-nifs, dawk ta’ madwar il-persuna mhumiex meħlusa lanqas; jinħoloq dak li jissejjaħ tipjip passiv.

Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.