Lexicon
Ażżma / Dipendenza / Droga / Duħħan / Ftim / HELP / Il-Manifest / Il-persuna li tpejjep / Il-vizzju tat-tabakk / Infart / Kanċer / Kanċer tal-pulmun / Kowċing / Nikotina / Nisa tqal / Pulmun / Sigarett / Sigarru / Sogħla / Tabakk / tar / Tipjip / Tipjip passiv
 
 

DIPENDENZA

Id-dipendenza hija stat li fiha persuna tħoss il-bżonn imperattiv għal sustanza tossika minħabba l-assorbiment ripetut ta’ din ta’ l-aħħar.

Id-dipendenza fuq prodott tfisser il-bżonn li l-prodott imsemmi jiġi kkonsmat b’mod regolari sabiex tiġi evitata l-feġġa ta’ sintomi ta’ astinenza. Id-dipendenza fuq prodott twassal għal diversi problemi fiżiċi u mentali. Wieħed jibda jitkellem fuq dipendenza mill-mument li jkun innota għallinqas tlieta mis-sintomi li ġejjin fuq perjodu ta’ 12-il xahar: * Tolleranza (meta jkun meħtieġ li tittieħed doża akbar biex ikun hemm l-istess effett) * Żjieda fil-kwantità kkonsmata jew it-tul tal-konsum * Jinħtieġ sforz biex jiġi kkontrollat il-konsum * L-abbandun ta’ xi attività minħabba l-konsum * Persistenza fil-konsum minkejja l-problemi fiżiċi jew mentali marbuta mal-konsum tal-prodott.

Id-dipendenza fuq it-tabakk tikkonsisti f’konsum eċċessiv u mhux ikkontrollat ta’ sigaretti. Barra mill-ħsara soċjali li tipproduċi, din id-dipendenza twassal għal diversi mard bħall-kanċer, problemi kardjovaskulari u bronkite kronika li min-naħa tagħhom jistgħu jwasslu għall-mewt tal-persuna. Id-dipendenza fuq it-tabakk hija wkoll ta’ ħsara għal dawk ta’ madwar il-persuna li tpejjep minħabba t-teħid man-nifs tad-duħħan tas-sigarett.

Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.