Lexicon
Ażżma / Dipendenza / Droga / Duħħan / Ftim / HELP / Il-Manifest / Il-persuna li tpejjep / Il-vizzju tat-tabakk / Infart / Kanċer / Kanċer tal-pulmun / Kowċing / Nikotina / Nisa tqal / Pulmun / Sigarett / Sigarru / Sogħla / Tabakk / tar / Tipjip / Tipjip passiv
 
 

SIGARRU

Il-kelma sigarru ġejja mill-kelma Spanjola cigarro, kelma ta’ etimoloġija inċerta li tista’ tkun ġejja mill-kelma tal-Maja zicar (biex tpejjep) jew mis-cigarra (cicada) Spanjola, li tixbaħha kemm fl-għamla kif ukoll fil-kulur. Is-sigarru huwa ta’ għamla ċilindrika magħmul minn werqa tat-tabakk imrembla fuq weraq oħrajn jew mimlija b’biċċiet żgħar ta’ weraq tat-tabakk mqatta’ biċċiet. It-tarf jiġi msaħħan sakemm jisħon aħmar nar sabiex id-duħħan jittieħed man-nifs jew jinżamm fil-ħalq. Effettivament, id-differenza mit-tabakk aċiduż tas-sigarett hi li d-duħħan tas-sigarru m’għandux għalfejn jittieħed man-nifs biex wieħed japprezza t-togħma u l-effetti totali tiegħu. It-tabakk li jintuża biex isir is-sigarru jiġi kkultivat prinċipalment fil-Brażil, fil-Kamerun, f’Kuba, fir-Repubblika Domenikana, fl-Indoneżja, fin-Nikaragwa u fl-Istati Uniti. Anke jekk jidher li hu aktar eleganti u raffinat, is-sigarru hu ta’ ħsara daqs kemm hu s-sigarrett. Fil-fatt, fih bosta sustanzi tossiċi u irritanti li jistgħu jwasslu għal dipendenza u għal numru kbir ta’ mard bħall-kanċer, aċċidenti kardjovaskulari u bronkite kronika. L-istess bħad-duħħan tas-sigarett, dak tas-sigarru mhuwiex pjaċevoli u huwa ta’ ħsara għal dawk ta’ madwar il-persuna li tpejjep.

Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.