Lexicon
Ażżma / Dipendenza / Droga / Duħħan / Ftim / HELP / Il-Manifest / Il-persuna li tpejjep / Il-vizzju tat-tabakk / Infart / Kanċer / Kanċer tal-pulmun / Kowċing / Nikotina / Nisa tqal / Pulmun / Sigarett / Sigarru / Sogħla / Tabakk / tar / Tipjip / Tipjip passiv
 
 

KANĊER TAL-PULMUN

Il-kanċer tal-pulmun huwa l-isem ġeneriku għal tumuri malinni differenti tal-pulmuni li fihom wieħed isib il-karċinoma tal-bronki u l-mesoteljoma. Il-kanċer tal-pulmun huwa dovut għat-trasformazzjoni taċ-ċelloli tal-bronki f’ċelloli tal-kanċer. Nies li jikkunsmaw it-tabakk huma partikolarment sensittivi għall-marda, fil-fatt il-kanċer tal-pulmun huwa l-aktar kanċer komunement iddijanjostikat f’min ipejjep; huwa progressiv u jeqred il-pulmun b’mod irreparabbli. In-nies ta’ madwar il-persuna li tpejjep jistgħu wkoll jisfaw vittmi tal-kanċer tal-pulmun billi jieħdu d-duħħan tas-sigaretti man-nifs. Huwa l-aktar kanċer iddijanjostikat b'mod frekwenti fil-pajjiżi Ewropej minħabba li effettivament jirrappreżenta l-kawża primarja ta' mwiet għall-irġiel u t-tielet kawża għan-nisa.

Il-programm Ewropew HELP għall-ġlieda kontra t-tabakk jista’ jagħtik ħafna tagħrif u appoġġ biex int tieqaf tpejjep.