|
Il-futur ser jiġi ffurmat miż-żgħażagħ, iżda huma jridu jħabbtu wiċċhom mat-tabakk minn età żgħira ħafna. Minħabba dan, il-forum taż-Żgħażagħ Ewropej iddeċieda li jfassal manifest kontra t-tipjip. Aktar minn 200 żagħżugħ Ewropew minn gruppi u organizzazzjonijiet mhux politiċi ltaqgħu flimkien biex jippreparaw il-manifest u jfasslu l-parametri għal Ewropa mingħajr tipjip.
Il-manifest jiddeskrivi fil-qosor is-sitwazzjoni attwali u l-miri li għandhom jintlaħqu biex jitwaqqaf il-flaġell tat-tabakk.
Il-manifest jenfasizza liema azzjonijiet jeħtieġ li jittieħdu biex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ Ewropej ikunu infurmati sewwa bil-perikli tat-tabakk, li jittieħdu l-miżuri uffiċjali biex jipproteġuhom u li jingħatalhom sostenn effettiv u dejjiemi.
Il-manifest jistieden lil dawk li għandhom interess fil-kampanja kontra t-tipjip biex iqassmu dan id-dokument fost iż-żgħażagħ Ewropej kollha.
|