|
|
 |
| Għaliex għandek tieqaf u kif? |
Meta tieqaf tieħu t-tabakk ser takkwista mill-ġdid is-sens tat-togħma u tax-xamm fi ftit jiem.
Meta tieqaf tieħu t-tabakk ser takkwista mill-ġdid nifs regolari u naturali.
Meta tieqaf tieħu t-tabakk, ser takkwista ritmu tal-ħajja aktar sod, raqda li sserħek verament.
Meta tieqaf tieħu t-tabakk ser takkwista mill-ġdid is-serenità u l-aptit għall-ħajja li tkun insejt: l-istress, l-ansjetà u l-irritabilità li huma pprovokati bil-ftim jisparixxu malajr (xi metodi terapewtiċi jistgħu jgħinu) u l-vantaġġi relatati malajr ser jieħdu s-sopravvent fuq l-affarijiet spjaċevoli.
Meta tieqaf tieħu t-tabakk ser tonfoq inqas flus u ser iġġemma’ ferm aktar.“It-twarrib” tal-flus li qabel kienu qegħdin jintnefqu fuq it-tabakk u li issa jistgħu jmorru fuq proġett li wieħed ikollu għal qalbu, huwa motivazzjoni tajba.
Iż-żieda fil-piż osservata waqt il-ftim tistabbilizza bħala medja fi żmien tliet xhur.
Meta tieqaf tpejjep il-ġilda tiegħek u xagħarek ser jakkwistaw dehra aktar b’saħħitha, kif ukoll is-swaba’, is-snien u n-nifs tiegħek, li ma jibqgħux juru l-vizzji tiegħek.
Meta tieqaf tpejjep ser takkwista mill-ġdid postok fis-soċjetà;il-feġġa ta’ ħafna postijiet li fihom ma jsirx tipjip ser tippermettilek tgħix ħajja b’saħħitha u normali filwaqt li tevita t-tentazzjoni permanenti tat-tabakk.
Kemm jekk tpejjep b’mod regolari jew okkażjonali, kemm jekk inti żgħir kif ukoll jew inti akbar, huwa dejjem waqtu li tieqaf tpejjep anke jekk tkun ippruvajt bosta drabi.
Illum jeżistu diversi metodi effettivi. Għajnuna medika jew assoċjattiva tista’ tiġi kkunsidrata qabel jew wara li tiddeċiedi.
Teħtieġ l-għajnuna biex tieqaf mit-tipjip?
HELP toffri kategorija ta' “kowċing” speċjali, li timmira li tgħin lil dawk li jridu jieqfu mit-tipjip. Permezz ta' proċess sempliċi ta' reġistrazzjoni, l-utent tal-web jirċievi 25 email ta' inkoraġġiment matul perjodu ta' xahrejn mill-“HELP kowċing”. Il-“Help kowċing” jimmira li jkun alleat biex jingħeleb il-vizzju tat-tabakk. Kull email sejra tagħti pariri u tagħrif personalizzata biex tgħin lill-utent tal-web jieqaf mit-tipjip. Il-“HELP kowċing” hu għodda effettiva, divertenti u faċli biex tintuża biex tgħin liż-żgħażagħ jieqfu mit-tipjip.
Il-programm tiegħek personali għas-suċċess
Irċievi 25 email li fihom pariri utli u inkoraġġiment fuq perjodu ta' xahrejn.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|