|
L-ENSP (European Network for Smoking Prevention – In-Network Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tipjip) hi organizzazzjoni internazzjonali li ma għandhiex l-għan li tagħmel profitt, maħluqa fl-1997 skond il-liġi Belġjana (16377/97). Il-missjoni ta’ l-ENSP hi li tiżviluppa strateġija għal azzjoni koordinata fost organizzazzjonijiet attivi fil-kontroll tat-tabakk fl-Ewropa permezz ta’ qsim ta’ nformazzjoni u esperjenza u permezz ta’ attivitajiet u riċerka koordinati. L-għan ta’ l-ENSP hu li tinħoloq koerenza fost l-attivitajiet għall-kontroll tat-tipjip u li tippromwovi politika komprensiva għall-kontroll tat-tabakk fuq livell reġjonali, nazzjonali u ta’ l-UE. Kif ukoll li tiżgura interventi u kontribuzzjonijiet effettivi mid-difensuri tal-kontroll tat-tabakk f’politika, strateġiji u miżuri nazzjonali/Ewropej. L-ENSP tlaqqa’ flimkien 600 organizzazzjoni Membru attivi fil-qasam tal-kontroll tat-tabakk, rappreżentati minn żewġ rappreżentanti ta’ koalizzjoni nazzjonali mill-Istati Membri kif ukoll min- Norveġja, mill-Islanda, mill-Isvizzera u mir-Rumanija, u rappreżentant wieħed minn diversi netwerks attivi fil-kontroll tat-tabakk fl-UE (ENYPAT, NSFH, INWAT, EUNS.) L-ENSP tevolvi u tadatta billi tiżgura l-iżvilupp kontinwu ta’ netwerking fuq skala pan-Ewropea fost organizzazzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt, sabiex jiżdiedu l-effikaċja u l-effiċjenza tal-benefiċċji ta’ l-attivitajiet ta’ prevenzjoni tat-tipjip fuq livell mhux governattiv. Din l-azzjoni tikkumplimenta l-iżvilupp ta’ politika tal-gvern għall-kontroll tat-tabakk f’livell ta’ l-UE kif ukoll fuq livell nazzjonali/reġjonali. Aħna nimmiraw li nibbenefikaw minn tagħlim reċiproku bbażat fuq vantaġġi komparattivi ta’ koalizzjoni, il-qsim tar-riżorsi u ta’ l-esperjenza kif ukoll li jinbena kunsens fuq kwistjonijiet ta’ kontroll tat-tabakk. L-esperti mlaqqgħin mill-ENSP sabiex jagħtu kontribut lill-kampanja HELP għandhom esperjenza kbira fil-kontroll tat-tabakk u jirrappreżentaw is-saħħa tad-difiża ta’ kontroll tat-tabakk madwar l-UE. Aħna nikkoordinaw ix-xogħol xjentifiku li għandu jiġi kopert f’xi wħud mill-azzjonijiet u mit-temi differenti bl-aħjar u bl-aktar riċerka u evidenza aġġornati fil-qasam. Hawnhekk għandek id-dettalji ta’ kuntatt tagħna:
|