|
Artikolu 1 – Preambolu
1.1 - L-iskop tal-Kondizzjonijiet Ġenerali ta' l-Utent huwa li jfissru l-metodi u l-Kondizzjonijiet għall-użu tas-Sît kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi ta' Ligaris u ta' l-Utenti f'dan il-qafas.
1.2 - L-Utent jiddikjara li huwa qara l-Kundizzjonijiet Ġenerali ta' l-Utent u li huwa sejjer jirrispettahom.
1.3 - L-Utenti jiddikjaraw ukoll illi LIGARIS tathom it-tagħrif u t-twissijiet neċessarji kollha għall-użu ta' dan is-Sît u sabiex jifhmu l-konsegwenzi li jista' jkun hemm.
Artikolu 2 – Tifsiriet
2.1 Ligaris: Kumpanija anonima Franċiża b'kapital ta' €38,113 Euro, rreġistrata mar-Reġistru tal-Kummerċ u Korporazzjonijiet ta' Nanterre bin-Numru 390 435 303 u li l-kwartieri ġenerali tagħha jinsabu f'21 Blvd. du Parc, 92200 Neuilly-sur-Seine, Franza.
2.2 Kundizzjonijiet Ġenerali ta' l-Utent: dan id-dokument, inkluż l-emendi kollha possibbli u l-kundizzjonijiet addizzjonali possibbli.
2.3 Sît: il-website(s) (inkluż kwalunkwe emenda jew aġġornament) imħaddma minn LIGARIS, bl-indirizz ta' l-Internet tagħhom: www.help-eu.com (u kwalunkwe indirizz ta' l-Internet ieħor magħżul minn LIGARIS), kif ukoll il-websites l-oħra kollha li jistgħu jieħdu postha, kif stabbilit minn LIGARIS.
2.4 Utent: kwalunkwe viżitatur tas-Sît.
Artikolu 3 – Aċċettazzjoni tal-Kundizzjonijiet Ġenerali ta' l-Utent tas-Sît
3.1 L-użu tas-Sît jimplika aċċettazzjoni mingħajr riserva tal-Kundizzjonijiet Ġenerali ta' l-Utent u ma jistax iseħħ għajr taħt l-osservanza l-aktar stretta ma' dawn.
3.2 LIGARIS tirriserva d-dritt li timmodifika l-Kundizzjonijiet Ġenerali ta' l-Utent kollha jew parti minnhom u/jew is-Sît fi kwalunkwe ħin. Kwalunkwe bidla jew kwalunkwe żjieda tidħol fis-seħħ malli din titpoġġa online, u l-Utenti kollha jitqiesu li jkunu aċċettawha biss billi jagħmlu aċċess għas-Sît u jużaw is-Sît minn din id-data.
Artikolu 4 – Aċċess għas-Sît - Funzjonament - Sigurtà
4.1 Hija r-responsabbiltà ta' kull Utent li jkollu l-apparat xieraq sabiex ikollu aċċess għas-Sît u jagħmel użu minnu, u li jagħmel il-manutenzjoni fuq dan l-apparat. L-ispejjeż u d-drittijiet kollha għall-apparat, il-komunikazzjonijiet, it-telekomunikazzjonijiet, u oħrajn, meħtieġa għall-konnessjoni ma' u l-aċċess għas-Sît, kif ukoll kwalunkwe awtorizzazzjoni rilevanti meħtieġa, iridu jitħallsu mill-Utent.
4.2 Huwa rrikkmandat li l-Utent jagħmel konfigurazzjoni ta' l-apparat tiegħu skond il-parametri li ġejjin sabiex ikun jista' jara s-Sît bl-aqwa mod:
- Browser: Microsoft Internet Explorer 5.x u l-edizzjonijiet ta' wara.
- Riżoluzzjoni ta' l-Iskrin : 800 x 600 pixels.
- 64 000 Kulur.
4.3 LIGARIS għandha tagħmel is-Sît aċċessibbli 24 siegħa kuljum, 7 t'ijiem fil-ġimgħa. Madankollu, LIGARIS tista' twettaq it-tiswijiet meħtieġa fi kwalunkwe ħin.
4.4 LIGARIS ma tistax tinżamm responsabbli għall-interuzzjonijiet fis-servizz minħabba ħsara jew saturazzjoni ta' l-istallazzjonijiet tan-netwerk ta' l-Internet li jistgħu jwaqqfu l-aċċess għas-server tagħha.
Artikolu 5 – Dikjarazzjonijiet – Garanziji – Responsabbilità
5.1 LIGARIS ma tistax tinżamm responsabbli għal kwalunkwe ħsara diretta jew indiretta, kemm jekk materjali kif ukoll jekk immaterjali, minħabba l-interuzzjoni u/jew l-użu tas-Sît. Il-konnessjoni ta' l-Utent mas-Sît hija r-responsabbiltà sħiħa tiegħu.
5.2 Inti taqbel li tikkonforma mal-liġijiet u mar-regolamenti kollha bħalissa fis-seħħ, u b'mod aktar partikolari, dawk li huma nklużi f'din il-karta.
Artikolu 6 – Tagħrif u Rakkomandazzjonijiet ta' l-Utent
6.1 It-tagħrif u r-rakkomandazzjonijiet għall-użu pprovduti fuq is-Sît jew permezz ta' l-email huma għal skopijiet ta' tagħrif.
6.2 It-tagħrif u s-servizzi proposti fuq is-Sît help-eu.com ma jikkostitwixxu la b'mod dirett u lanqas b'mod indirett, konsultazzjoni medika. Taħt l-ebda ċirkustanza t-tagħrif u s-servizzi pprovduti ma huma ntiżi biex jieħdu post ta' konsultazzjoni, eżaminazzjoni, jew dijanjosi pprovduta mit-tabib tiegħek, lanqas ma jistgħu jiġu interpretati bħala li jippromovu kwalunkwe medikazzjoni.
6.3 Inti ma għandekx tuża t-tagħrif disponibbli fuq is-sît help-eu.com sabiex tagħmel dijanjosi, tistabbilixxi trattament, jew sabiex tibda u/jew twaqqaf medikazzjoni, mingħajr ma tikkonsulta qabel, tabib tal-familja jew speċjalista.
6.4 Inti tagħraf li t-tagħrif disponibbli għalik la huwa sħiħ u lanqas eżawrjenti, u illi dan it-tagħrif ma jkoprix is-sintomi, il-medikazzjonijiet u t-trattamenti differenti kollha adattati għad-dipendenza fuq it-tabakk.
6.5 Minbarra dan, LIGARIS, taħt l-ebda ċirkustanza ma tiggarantixxi kwalunkwe riżultat mill-applikazzjoni tat-tagħrif u tas-servizzi pprovduti, u b'mod partikolari dawk ipprovduti mis-sieħba u l-links ipprovduti fuq is-sît.
6.6 Ir-riżultati li inti tista' tikseb fil-kuntest tat-testi differenti offruti huma pprovduti għal skopijiet ta' tagħrif biss, u ma jagħmlux suppożizzjoni li jagħtu stima tal-kwalità tas-saħħa kurrenti u/jew futura tiegħek, lanqas, min-naħa l-oħra, ma jagħmlu suppożizzjoni li jagħtu dubbju dwar is-saħħa kurrenti tiegħek.
6.7 Konsegwentament, inti tagħraf li ma jistax ikun hemm r-responsabbiltà ta' LIGARIS fuq il-bażi tat-tagħrif u s-servizzi pprovduti fuq is-Sît, u inti taċċetta li l-użu ta' dan it-tagħrif u ta' dawn is-servizzi huwa r-responsabbiltà, il-kontroll u d-direzzjoni tiegħek biss.
Artikolu 7 – Użu ta' u Navigazzjoni fuq is-Sît help-eu.com
7.1 B'dan il-mezz, inti qiegħed tiġi avżat li l-liġijiet u r-regolamenti kollha kurrenti fis-seħħ japplikaw għall-Internet.
7.2 Il-kumpanija LIGARIS hija s-sid tal-proprjetà intelletwali u d-drittijiet tal-privattiva kollha relattivi għall-kontenut tas-sît help-eu.com. Fuq din il-bażi, inti mfakkar li ebda kelma li għandha x'taqsam ma' l-eżistenza tad-drittijiet ma tista' titħassar, u illi kwalunkwe riproduzzjoni, mhux awtorizzata, parzjali jew totali, tikkostitwixxi att ta' ksur.
Ir-regolamenti dwar id-drittijiet ta' l-awtur u d-drittijiet tal-privattiva, bħal, u b'mod partikolari li jinkludu, kreazzjonijiet multimedjali, software, testi, artikli, ritratti, trademarks reġistrati, databases u xbihat ta' kwalunkwe tip.
Ir-ritratti li jidhru fuq dan is-sit inkisbu b'mod legali mill-aġenziji fotografiċi li ġejjin: © (to be completed).
7.3 Inti taqbel li tonqos milli tuża servizzi interattivi pprovduti sabiex tippubblika messaġġi li huma offensivi, li jinsultaw, messaġġi li jiddisprezzaw jew li jbaxxu jew li ma għandhomx rabta mal-kwistjonijiet imqajjma.
7.4 Ir-regolamenti li bħalissa huma fis-seħħ fir-rigward ta' frodi tal-kompjuter. F'dan ir-rigward, inti għandek tonqos milli tipprova tidħol fi kwalunkwe sistema awtomatika ta' l-ipproċessar tad-data, sabiex timmodifika jew takkwista b'mod kwalitattiv jew kwantitattiv, id-databases tal-website kollha jew parti minnhom. B'dan il-mezz inti avżat illi dawn l-atti jġorru magħhom penali.
Artikolu 8 – Tagħrif personali
8.1 LIGARIS tiġbor tagħrif personali dwar l-Utent fil-qafas ta' l-użu tas-Sît. Dan it-tagħrif huwa intiż għall-LIGARIS u għandu jinżamm mill-LIGARIS. Skond il-Liġi Nru.78-17 tas-6 ta' Jannar, 1978 rigward l-informatika, id-data u l-libertajiet ċivili, kwalunkwe Utent għandu d-dritt għall-aċċess, il-modifika, il-korrezzjoni u s-soppressjoni tat-tagħrif dwaru.
8.2 L-Utent jista' juża dan id-dritt billi jikkuntattja lill-LIGARIS bil-posta fl-indirizz muri fil-bidu tal-Kundizzjonijiet Ġenerali ta' l-Utent, jew b'e-mail fuq l-indirizz li ġej: webmaster@help-eu.com.
Artikolu 9 – Hyperlinks fuq help-eu.com
9.1 It-tqegħid ta' hyperlink fuq LIGARIS jitlob awtorizzazzjoni minn qabel mill-Webmaster tas-Sît. (webmaster@help-eu.com).
9.2 Taħt l-ebda ċirkostanza LIGARIS ma hija responsabbli għall-kontenut, it-tagħrif, il-prodotti u s-servizzi offruti fuq is-siti li għandhom hyperlinks fuq is-sît help-eu.com.
Artikolu 10 – L-Immaniġġjar tal-Password
Inti responsabbli sabiex iżżomm fiż-żgur u għaldaqstant tħares kontra użu frodulenti li jista' jseħħ tal-login u l-passwords li huma assenjati lilek u l-aċċess u l-użu tas-servizzi ristretti pprovduti fuq www.help-eu.com.
F'każ ta' telf jew serq tal-password u/jew tal-login tiegħek, ikkuntattja lil: webmaster@help-eu.com.
Minbarra dan, b'dan il-mezz inti qiegħed tiġi avżat illi jekk, matul perjodu ta' 6 xhur, inti ma tużax is-servizzi disponibbli lilek fuq is-Sît, inti taċċetta illi l-abbonament tiegħek, il-password tiegħek u l-login tiegħek jitħassru.
Artikolu 11 – Is-Servizzi Interattivi Fornuti
Inti biss responsabbli għat-tagħrif, il-messaġġi, x-xbihat, u b'mod ġenerali, il-kontenut kollu li inti tippubblika permezz tas-servizzi interattivi, bħal, b'mod partikolari, blogs.
LIGARIS jista' jħassar b'mod parzjali jew għal kollox, kwalunkwe kontenut li inti tippubblika, jew li huwa indirizzat lilek permezz tas-servizzi interattivi, jekk dan il-kontenut x'aktarx jinftiehem bħala ksur tal-liġijiet u tar-regolamenti fis-seħħ jew ta' l-istandards aċċettati ta' l-imġieba tajba.
Inti tagħraf li inti waħdek responsabbli għall-użu li jista' jseħħ mill-kontenut, ta' kwalunkwe tip, li inti tippubblika, u li LIGARIS ma tikkontrollax u ma tagħtix garanzija tal-preċiżjoni, il-legalità, il-kwalità jew l-affidabilità ta' kwalunkwe kontenut, ippubblikat permezz tas-servizzi interattivi pprovduti fuq is-Sît.
Inti waħdek responsabbli għall-kuntatti li jsiru permezz tas-servizzi interattivi tas-Sît help-eu.com.
Artikolu 12 – Disposizzjonijiet Ġenerali
LIGARIS iżżomm id-dritt li temenda d-disposizzjonijiet ta' din il-karta. Billi tibqa' tuża u tfittex fuq is-Sît help-eu.com, inti taċċetta l-bidliet li b'hekk jistgħu jsiru.
Din il-karta tikkostitwixxi l-intier tal-ftehim bejn il-partijiet, u l-ebda terminu standard jew speċifiku jew kundizzjoni li tidher f'dokumenti oħra ma tista' titqies li hija parti tad-drittijiet u l-obbligi li jeżistu bejn LIGARIS u s-surfers fuq l-Internet.
Jekk jinstab li waħda mid-disposizzjonijiet jew aktar ta' din il-karta tkun invalida għal kwalunkwe raġuni, id-disposizzjonijiet l-oħra jżommu s-saħħa u l-effett sħaħ tagħhom.
F'każ ta' differenza fl-interpretazzjoni bejn l-intestatura u l-klawsola li għaliha din tirreferi, kwalunkwe kwistjoni dwar dan għandha titqies bla bażi.
It-termini u l-kundizzjonijiet standard kurrenti huma rregolati mil-liġi Franċiża dwar il-forma u l-kontenut.
F'każ ta' kwistjoni, il-partijiet jaqblu li jfittxu riżoluzzjoni ta' ħbieb qabel ma jieħdu azzjoni legali.
Il-korrispondenza kollha mal-Webmaster għandha tkun bl-Ingliż biss.
|