|
|
 |
L-ahbarijiet kollha : Tipjip Passiv / istituzzjonali / Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi / Konferenzi / edukazzjoni / Saħħa / Leġislazzjoni u liġi / Ekonomija / Oħrajn |
| Ahbarijiet |
"It-twaqqif tat-tipjip fil-post tax-xogħol: suċċess ta’ sena ta’ laqgħat qosra"
08/11/2005
|
Hutter H, Moshammer H, Neuberger M. L-Istitut tas-Saħħa Ambjentali, iċ-Ċentru tas-Saħħa Pubblika, l-Università Medika ta' Vjenna, Kinderspitalgasse 15, 1095, Wien, l-Awstrija,
|
Studju li sar f’kumpanniji differenti ta’ ħames provinċji Awstrijaċi sab illi l-għoti ta’ parir intensiv sostnut minn kura tas-saħħa li għandha x’taqsam max-xogħol u d-dinamika tal-grupp tista’ tilħaq rati tat-twaqqif f’sena ta’ 40 – 55%, anke mingħajr medikazzjoni.
Objettivi: Fl-istudju, laqgħat li saru fil-postijiet tax-xogħol ġew stmati sabiex jinstabu metodi li jaħlu anqas ħin tat-twaqqif tat-tipjip. Metodi: 308 persuna li tpejjep li attendew laqgħa pparteċipaw f’sondaġġ tas-saħħa ripetut, inkluż il-kwestjonarju SF-36. Wara 3 xhur 268 (87%) taw intervisti u 223 (72%) wara sena. Ir-riżultati wrew illi r-rata tat-twaqqif f’sena kienet minn 40% sa 55%. F’96% tal-persuni li waqfu jpejjpu, li wara jingħataw parir intensiv għal 6 sigħat mingħajr għajnuna farmaċewtika kien biżejjed sabiex iżommu l-astinenza għal 12-il xahar. Passat twil ta’ tipjip jew diversi attentati preċedenti għall-waqfien mit-tipjip bla suċċess ma bassrux falliment. Fil-parteċipanti kollha ttejbet il-kwalità tal-ħajja suġġettiva rreġistrata mix-SF-36. Fil-persuni li waqqfu jpejjpu, il-perċezzjoni tas-saħħa ġenerali tjiebet.
Sors: "L-Arkivji Internazzjonali tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u Ambjentali". http://www.ncbi.nlm.nih.gov/ |
|
|
|
|
|
|
|
|