L-ahbarijiet kollha : Tipjip Passiv /
istituzzjonali / Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi / Konferenzi / edukazzjoni / Saħħa / Leġislazzjoni u liġi / Ekonomija / Oħrajn
Ahbarijiet
Konferenza Ewropa Ħielsa mit-Tipjip 2005.
16/05/2005
Il-konferenza Ewropa Ħielsa mit-Tipjip 2005 għandha ssir fil-Hotel Royal fil-Lussemburgu, il-Ħamis 2 ta’ Ġunju 2005. Il-konferenza sejra teżamina l-esperjenzi fil-pajjiżi li qiegħdin quddiemnett fil-leġislazzjoni ta’ kontra t-tipjip u sejra ssaqsi x’jista’ wieħed jitgħallem mill-immaniġġjar espert tal-leġislazzjoni fil-pajjiżi tagħhom.
L-għan ta’ l-avveniment hu li jingħaqdu flimkien l-aktar leġislaturi anzjani Ewropej u nazzjonali, ir-rappreżentanti diplomatiċi, ix-xjenzjati, is-soċjetà ċivili u l-membri ta’ l-istampa internazzjonali l-aktar superjuri. Wara l-introduzzjoni tal-leġislazzjoni tal-kontroll tat-tabakk fl-Irlanda, fl-Italja u fin-Norveġja, l-għan hu li jiġu eżaminati l-effetti tal-leġislazzjoni f’dawn il-pajjiżi u l-implikazzjonijiet tad-direttiva għall-Unjoni Ewropea u għall-Istati Membri tagħha.
Il-konferenza għandha ssaqsi wkoll jekk wasalx iż-żmien li l-Unjoni Ewropea tipprova tipproteġi dawk li attwalment jaħdmu f’ambjenti mimlija dħaħen tat-tabakk. Barra mid-diskorsi importanti mill-Ministri li stabbilixxew u li mexxew l-isforzi biex jinħolqu ambjenti ta’ postijiet ta’ xogħol b’saħħithom u bla periklu, il-Kummissarju Ewropew responsabbli mis-Saħħa, is-Sur Markos Kyprianou jista’ jagħmel diskors. Waqt il-laqgħa huwa mistenni li jitkellem ukoll rappreżentant superjuri mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
L-imsieħba soċjali kkonfermaw il-preżenza tagħhom fil-konferenza, flimkien mal-Ministri ta’ l-Irlanda, ta’ l-Italja, tal-Lussemburgu u tal-Latvja. Il-Presidenza tal-Lussemburgu approvat uffiċjalment il-konferenza.

Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok żur: www.smokefreeeurope.com
 5/5