It-test finali tal-liġi jistabbilixxi projbizzjoni totali tat-tipjip:
- fil-postijiet tax-xogħol pubbliċi u privati; - fiċ-ċentri tas-saħħa u l-faċilitajiet mediċi (inkluż l-isptarijiet); - fl-istituzzjonijiet edukattivi; - fil-faċilitajiet ta’ l-isport; - fil-fondi kummerċjali; - fit-trasport pubbliku; - fil-pompi tal-petrol u - fil-liftijiet.
Il-bejgħ tat-tabakk lill-minorenni (fi kliem ieħor dawk taħt it-18) se jkun ipprojbit. Il-bejgħ tal-prodotti tat-tabakk f’bini pubbliku u b’bini amministrattiv inkluż il-bini kontigwu, il-faċilitajiet mediċi u tas-saħħa, l-iskejjel, il-faċiltajiet edukattivi u kulturali u fil-faċilitajiet ta’ l-isport se jkun ipprojbit bil-liġi.
It-tipjip se jkun permess fit-teatri, fl-ajruporti u fl-istazzjonijiet tal-linja f’żoni speċifiċi għat-tipjip. Il-ħwienet tax-xorb u r-ristoranti se jingħataw permess li joħolqu żoni għat-tipjip, jekk dawn ikunu murija b’mod ċar u separati u biss jekk iż-żona hija akbar minn 100 m².
Ir-reklamar tal-prodotti tat-tabakk fil-mezzi tax-xandir, fuq ir-radju, fuq kartelluni u fiċ-ċinema, kif ukoll il-promozzjoni u t-tqassim b’xejn tal-prodotti tat-tabakk, se jkunu pprojbiti.
Il-ksur se jkunu kkastigati b’multi bejn it-€ 30 u € 600,000, skond is-serjetà tar-reat.
Il-proposta għandha tkun ippreżentata lis-Senat għal approvazzjoni finali f’Novembru 2005.
Sors: El Mundo, 5 ta’ Ottubru 2005, http://www.elmundo.es/ |