L-ahbarijiet kollha : Waqfien /
istituzzjonali / Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi / Konferenzi / edukazzjoni / Saħħa / Leġislazzjoni u liġi / Ekonomija / Oħrajn
Ahbarijiet
Franza qiegħda ssaħħaħ il-projbizzjoni tagħha fuq it-tipjip f’postijiet pubbliċi
20/11/2006
Nhar il-Ħamis, 16 ta´ Novembru 2006, Franza ppubblikat Digriet li jsaħħaħ sewwa l-projbizzjoni eżistenti fuq it-tipjip f´postijiet pubbliċi, b´hekk issieħbet ma´ moviment ġenerali fl-Ewropa.

Mill-1 ta´ Frar 2007, “it-tipjip fil-postijiet pubbliċi fuq ġewwa u magħluqin u fil-postijiet tax-xogħol kollha”, għajr f´cafeterias, bars-kjoskijiet tat-tabakk, ristoranti, night clubs, casinos, li għalihom, il-projbizzjoni se tibda tapplika mill-1 ta´ Jannar 2008.

Madankollu se jkun possibbli li jiġu stabbiliti kmamar magħluqin li fihom ikun jista´ jsir it-tipjip iżda li ebda servizz ma jkun jista´ jingħata fihom. Iżda, dawn il-kmamar tat-tipjip se jkunu pprojbiti fl-istituzzjonijiet ta´ l-edukazzjoni u tal-kura tas-saħħa u fis-servizzi pubbliċi kollha li jiddependu fuq l-Istat.

Il-Ministru ta xi informazzjoni fuq il-kwistjoni ta´ “sostituti tad-djar”: ir-residenti ta´ djar ta´ l-anzjani, il-klijenti ta´ lukandi u l-priġunieri jistgħu jibqgħu jpejpu fl-ispazju privat tagħhom.

Dawk l-individwi privati li jiksru din il-projbizzjoni se jeħlu multa (ta´ 68 euro). Għall-maniġers ta´ l-istabbilimenti, il-multa stabbilita se tkun ta´ 135 euro.

Il-Gvern ħareġ ukoll miżuri biex igħin lil dawk li jixtiequ jieqfu mit-tipjip. Fost dawn il-miżuri hemm ir-rifużjoni parzjali fuq is-sostituti tan-nikotina, iż-żieda fin-numru ta´ konsultazzjonijiet fuq it-tabakkoloġija u ż-żieda fil-fondi allokati għall-assoċjazzjonijiet.

Sors:

AP, AFP
 5/12