L-ahbarijiet kollha : Prevenzjoni /
istituzzjonali / Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi / Konferenzi / edukazzjoni / Saħħa / Leġislazzjoni u liġi / Ekonomija / Oħrajn
Ahbarijiet
Lejn Ewropa mingħajr tipjip bil-programm HELP
31/05/2007
Sfond

L-Unjoni Ewropea għamlet il-ġlieda kontra t-tipjip waħda mill-akbar prijoritajiet tas-saħħa pubblika tagħha. Il-mard relatat mat-tipjip huwa t-tieni l-akbar kawża evitabbli ta’ mwiet madwar id-dinja (madwar 5 miljun mewt kull sena) u l-akbar kawża waħdanija ta’ mwiet fl-Ewropa: illum, it-tabakk huwa responsabbli għal iżjed minn 650,000 mewt kull sena fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri, waħda minn kull sebat imwiet.

Il-programm “Help – għal ħajja mingħajr tabakk”



Fl-1 ta’ Marzu 2005, il-Kummissjoni Ewropea nidiet kampanja kbira fuq il-mezzi tax-xandir immirata lejn il-prevenzjoni u l-waqfien mit-tabakk fil-25 Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Illum fis-27 pajjiż kollha ta’ l-UE, il-kampanja “HELP – għal ħajja mingħajr tabakk” tal-Kummissjoni Ewropea hija l-akbar inizjattiva tas-saħħa pubblika ta’ tqajjim tal-kuxjenza li qatt ġiet organizzata fid-dinja. Il-kampanja, bħala prijorità, hija immirata lejn żgħażagħ (15-25 sena). Hija tindirizza t-tliet temi prinċipali tal-kontroll tat-tabakk - il-Prevenzjoni, il-Waqfien u l-perikli tat-tipjip Passiv - permezz ta’ programm integrat ta’ komunikazzjoni: kampanji fuq it-televiżjoni u l-internet, relazzjonijiet ta’ l-istampa, avvenimenti ta’ relazzjoni pubblika u website fuq l-internet bi 22 lingwa.

Il-motto ġenerali tal-kampanja huwa li tingħata “Għajnuna u appoġġ”. Il-kampanja “Help” tfittex li toffri għajnuna biex wieħed jirreżisti t-tabakk, tgħin biex tkun miġġielda l-pressjoni mill-ħbieb, jew tgħin biex jiġi indirizzat it-tipjip passiv.

Ir-riżultati ta’ Help wara sentejn

172 miljun Ewropew jiftakru li raw il-kampanja Help fuq it-TV



Rati ta’ approvazzjoni qawwija għall-kampanja fuq it-TV, speċjalment fost il-persuni ta’ taħt il-25 sena: 83%

2.9 miljun utent ta’ l-Internet permezz tal-website ta’ Help

300 avveniment nazzjonali organizzat madwar l-Ewropa kollha li ppermettew lil 100 000 ċittadin ikejlu r-rati tal-monossidu karboniku tagħhom relatati mat-tipjip


Il-kampanja kienet irrapportata ’l fuq minn 3 900 darba fl-istampa, fuq it-TV, ir-radju u l-web.
 5/31