L-ahbarijiet kollha : Prevenzjoni /
istituzzjonali / Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi / Konferenzi / edukazzjoni / Saħħa / Leġislazzjoni u liġi / Ekonomija / Oħrajn
Ahbarijiet
Il-Kummissjoni Ewropea tniedi kampanja ta’ reklamar fuq it-TV sabiex tippromwovi ħajja mingħajr tabakk
27/06/2005
Matul konferenza stampa, ftit jiem qabel il-Jum Dinji Mingħajr Tabakk (31 ta’ Mejju) fi Brussell, Markos Kyprianou, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur nieda t-tieni fażi ta’ l-aktar kampanja kontra t-tipjip riċenti tiegħu Help: Għal Ħajja Mingħajr Tabakk, wara t-tnedija b’suċċess tar-road-show f’Marzu: Kampanja ta’ reklamar fuq it-TV madwar l-UE kollha li għandha l-għan li “tneħħi n-normalità” ta’ dan il-vizzju qerriedi.

Billi jbiddlu s-sigaretti ma’ sfafar fi tliet sitwazzjonijiet ta’ kuljum, ir-reklami juru kemm huwa anormali t-tipjip u l-problemi li jġib miegħu. L-għan tar-reklami –li mis-6 ta’ Ġunju se jidhru fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni madwar il-25 Stat Membru ta’ l-UE- huwa li juru li hemm għajnuna disponibbli għal dawk li għandhom il-vizzju, huma suxxettibbli jew affettwati bit-tipjip. Ir-reklami ma jikkundannawx lil dawk li jpejjpu u liż-żgħażagħ, iżda jiffokaw ir-redikolu fuq is-sigarett innifsu.

Markos Kyprianou ppreżenta r-reklami lill-istampa bħala parti mill-kampanja ta’ l-UE kontra t-tipjip HELP: Għal Ħajja Mingħajr Tabakk. Barra minn hekk, il-Kummissarju nieda l-web site HELP (www.help-eu.com) bħala għodda ta’ teknoloġija ġdida sabiex jintlaħqu gruppi fil-mira żgħażagħ u tipprovdi informazzjoni oġġettiva u fattwali fl-għoxrin lingwa ta’ l-Unjoni Ewropea.

.: Ara t-3 reklami tat-TV

Twissijiet bi stampi
Fi żvilupp separat, il-Kummissjoni adottat leġislazzjoni li tippermetti li jiġu ntrodotti “twissijiet bi stampi” fuq pakketti tas-sigaretti, li jinkludu stampi ta’ pulmuni suwed u snien imħassra. Il-leġislazzjoni adottata mill-Kummissjoni tfisser li Stati Membri li jixtiequ jagħmlu dan jistgħu jagħżlu li juru t-twissijiet tas-saħħa standard ta’ l-UE fuq il-prodotti tat-tabakk billi jużaw stampi minn database żviluppata mill-Kummissjoni. Il-Belġju, l-Irlanda, il-Latvja u r-Renju Unit diġà wrew interess li jagħmlu dan.


Sorsi:
Kummissjoni Ewropea, 26 ta’ Mejju 2005

Stqarrijiet ta’ l-istampa:
http://europa.eu.int/rapid/pressReleases1...

Aktar dettalji:
Fuq it-tifsira u kif saru r-reklami l-ġodda tat-TV kontra t-tipjip fuq:
http://europa.eu.int/rapid/pressReleases2...
 4/7