L-ahbarijiet kollha : Prevenzjoni /
istituzzjonali / Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi / Konferenzi / edukazzjoni / Saħħa / Leġislazzjoni u liġi / Ekonomija / Oħrajn
Ahbarijiet
L-informazzjoni tikkonferma riżultati eċċellenti tal-projbizzjoni tat-tipjip fl-Irlanda
17/05/2005
Reviżjoni ta’ l-ewwel sena tal-leġislazzjoni kontra t-tipjip

Wara sena mill-projbizzjoni Irlandiża tat-tipjip, il-bejgħ tas-sigaretti naqas b’livelli drastiċi. Id-dikjarazzjonijiet li se jkun hemm żjieda enormi fin-numru ta’ bars li se jagħlqu ġew ippruvati foloz, għalkemm fil-fatt il-bejgħa naqset fil-kummerċ liċenzjat.
Imma minkejja kollox, is-sostenn pubbliku għall-projbizzjoni hu enormi. Il-Ministru tas-Saħħa Seán Power spjega: “L-aċċettazzjoni tremenda mill-pubbliku Irlandiż ta’ din il-miżura storika dwar is-saħħa pubblika tibgħat messaġġ ċar ħafna lill-leġislaturi madwar id-dinja li qegħdin jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ leġislazzjoni simili għall-postijiet tax-xogħol ħielsa mit-tipjip – mhux biss hu ferm possibli li tiġi implimentata leġislazzjoni bħal din, imma ċ-ċittadini fundamentalment jaċċettaw il-validità u n-neċessità tagħha sabiex tiġi protetta saħħithom.”


http://www.publichealthnews.com/
 4/4