L-ahbarijiet kollha : Prevenzjoni /
istituzzjonali / Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi / Konferenzi / edukazzjoni / Saħħa / Leġislazzjoni u liġi / Ekonomija / Oħrajn
Ahbarijiet
Iż-żjieda fit-taxxa fuq it-tabakk issalva l-ħajjiet
23/09/2005
Iċ-Ċentru Ġermaniż tar-Riċerka dwar il-Kanċer ipproduċa pubblikazzjoni ġdida, b’kollaborazzjoni ma’ l-Istitut għall-Ekonomija tas-Saħħa u l-Epidemjoloġija Klinika ta’ l-Università ta’ Cologne, bl-isem l-Effett taż-Żjidiet tat-Taxxa fuq it-Tabakk mill-2002 sa l-2004.

Fi stqarrija ppubblikata għat-tielet stadju taż-żjidiet tat-taxxa fl-1 ta’ Settembru, 2005, iċ-Ċentru Ġermaniż għar-Riċerka dwar il-Kanċer f’ Heidelberg qal illi għall-ewwel darba fl-istorja Ġermaniża l-konsum tat-tabakk waqa’ bi 12% bħala riżultat taż-żjidiet fit-taxxa. It-taxxi mgħollija kienu effettivi sabiex inaqqsu l-konsum b’mod partikolari fil-każ tat-tfal u ż-żgħażagħ: in-numru ta’ nies li jpejjpu ta’ 12 sa 17-il sena waqa’ minn 28% fl-2001 għal 20% fl-2005. Huwa stmat illi fuq perjodu ta’ żmien twil, iż-żjieda fit-taxxa sejra tiffranka lis-sistema tas-saħħa u l-ekonomija xi € 2.2 kull sena.

Sors:
Stqarrija stampa Ġermaniża (Format PDF), 29 ta’ Awwissu 2005
- DKFZ
- Fact sheet

 3/4