L-ahbarijiet kollha : Prevenzjoni /
istituzzjonali / Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi / Konferenzi / edukazzjoni / Saħħa / Leġislazzjoni u liġi / Ekonomija / Oħrajn
Ahbarijiet
Il-Gvern Spanjol juża l-awtorità tiegħu biex irażżan it-tipjip
16/05/2005
Wara kampanja dinamika mibdija mill-Comité Nacional para la Prevención del Tabaquismo (CNPT) kmieni din is-sena, il-Ministru tas-Saħħa Spanjol ippropona Att dwar it-Tipjip li ġie approvat mill-Kunsill tal-Ministri fit-22 ta’ April 2005.
L-ewwel pass kien l-aktar parti delikata u diffiċli tal-proċess, minħabba l-oppożizzjoni inizjali mill-Ministri ta’ l-ekonomija u t-taxxi, tax-xogħol, ta’ l-industrija u l-kummerċ. Il-ġimgħa d-dieħla, l-Abbozz ta’ Liġi għandu jiġi diskuss għall-approvazzjoni mill-Parlament, u wara jkun hemm bżonn li jiġi approvat mis-Senat. Il-Ministru tas-Saħħa jixtieq li dan l-Abbozz ikun approvat u ppubblikat sal-Ħarifa 2005, u jidħol fis-seħħ f’Jannar 2006.
Dan jinkludi projbizzjoni totali fuq ir-reklamar, fuq l-isponsorships u fuq l-attivitajiet ta’ promozzjoni tat-tabakk, projbizzjoni totali tat-tipjip fil-postijiet tax-xogħol, inklużi l-kumpanniji pubbliċi u privati u projbizzjoni sħiħa fl-ispazji kollha fuq ġewwa. Iż-żoni li fihom jista’ jsir it-tipjip huma permessi biss f’ċentri soċjali, f’bars u f’ristoranti li huma akbar minn 100 metru kwadru, f’night-clubs,f’diskoteki u f’postijiet pubbliċi oħrajn għall-adulti biss, f’ajruporti, fil-postijiet ta’ stennija jew ta’ aċċess ta’ teatri, ta’ ċinema u ta’ postijiet oħrajn fuq ġewwa ta’ divertiment. L-abbozz ta’ liġi jipproponi wkoll li l-età minima legali biex jinxtraw is-sigaretti titla’ għal 18 u li l-avviżi tas-saħħa jiġu magħmulin aktar distinti fuq il-pakketti. L-allokazzjoni ta’ riżorsi li jiġu minn sanzjonijiet għandha tkun immirata għall-kontroll tat-tabakk (prevenzjoni u trattament).
L-industrija tat-tabakk, l-industrija ta’ l-ospitalità (sidien ta’ bars, kafetteriji u ristoranti), fuq bażi ta’: kost ekonomiku sabiex il-postijiet u l-infrastrutturi jiġu adattati waqt li jargumentaw il-bżonn li jirrispondu għat-talbiet ta’ min ipejjep, t-trejdjunjins u l-Kunsill Spanjol ta’ Min Iħaddem (COE), u s-settur tar-reklamar qed juru oppożizzjoni aggressiva għall-approvazzjoni tal-liġi. Din il-ġimgħa għandha ssir konferenza f’Madrid maħsuba sabiex tipprovdi aktar impetu għal dan il-ġrajja mportanti, u hija maħsuba għall-esperti Spanjoli (u għall-mezzi tax-xandir).

Agence France Presse, 22 ta’ April 2005


http://beta.news.yahoo.com