|
|
 |
L-ahbarijiet kollha / istituzzjonali / Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi / Konferenzi / edukazzjoni / Saħħa / Leġislazzjoni u liġi / Ekonomija / Oħrajn |
| Ahbarijiet |
Portal ġdid Ewropew għas-settur tas-saħħa.
16/05/2005
|
| Id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u tas-Saħħa tal-Kumissjoni Ewropea qiegħed jiżviluppa portal online fejn iċ-ċittadini, amministrazzjonijiet u speċjalisti tas-saħħa jkunu jistgħu jsibu u jaqsmu informazzjoni dwar is-saħħa mill-KE, minn aġenziji Ewropej u minn organizzazzjonijiet tas-saħħa f’livelli internazzjonali, nazzjonali u sotto-nazzjonali. |
Dan il-portal għandu jissejjaħ “Saħħa-EU” u hu inizjattiva magħmula taħt il-Programm tas-Saħħa Pubblika ta’ l-UE 2003-2008, adotatt mill-Parlament u mill-Kunsill Ewropej f’Settembru 2002. L-għan tal-portal hu li jinħoloq punt uniku ta’ aċċess kemm għal udjenza professjonali kif ukoll għal udjenza mhux professjonali u sabiex jistabbilixxi mezz ta’ kuntatt faċli biex jintuża bejn il-KE u ċ-ċittadini u n-negozji Ewropej, li jgħinhom isibu informazzjoni dwar is-saħħa u informazzjoni b’temi fuq is-saħħa pubblika u jwettaq transazzjonijiet skond il-bżonnijiet tagħhom, mingħajr ma jkollhom għalfejn jidħlu fl-istruttura amministrattiva tal-KE.Minħabba li l-portal għadu fl-istadju ta’ żvilupp, hemm disponibbli stħarriġ onlin (http://mcresearch.media-consulta.com/health-eu) għall-iskopijiet biex jinkisbu kummenti mill-esperti tas-saħħa. |
|
|
|
|
|
|
|
|