Mit-12 ta’ Settembru 2005, il-Lega ta’ Nies li ma Jpejjpux ta’ Ċipru stabbiliet is-Servizz ta’ Quitline f’kooperazzjoni ma’ l-Awtorità tat-Telekomunikazzjonijiet ta’ Ċipru, (CY.T.A.), il-Ministeru tas-Saħħa, u, ovvjament, is-Soċjetà ta’ kontra l-Kanċer ta’ Ċipru.
Il-Quitline Ċiprijott jikkonsisti f’żewġ partijiet. L-ewwel parti toffri tagħrif, kuraġġ u parir f’forma rreġistrata; il-persuna li ċċempel (il-persuna li tpejjep) tingħata parir sabiex issegwi ħames stadji qabel ma tikkonsulta speċjalista. It-tieni parti toffri konsultazzjoni ma’ speċjalista. Il-messaġġi rreġistrati – kif ukoll il-konsultazzjoni ma’ l-ispeċjalista – huma offruti bla ħlas, għajr għall-prezz tat-telefonata. Is- "Servizz" sejjer jibda’ jaħdem bħala proġett sperimentali għal perjodu ta’ tliet xhur.
In-numru tat-telefon tas-servizz huwa 22448000.
Il-Lega tal-Persuni li ma Jpejjpux ta’ Ċipru ilha nvoluta f’attivitajiet ta’ kontroll tat-tabakk minn Frar 1987 meta ġiet imwaqqfa bħala waħda mill-attivitajiet prinċipali tas-Soċjetà ta’ Kontra l-Kanċer ta’ Ċipru, sabiex tiftaħ u tirbaħ il-gwerra kontra l-kanċer.
Minn dak iż-żmien, il-Lega tan-Nies li ma Jpejjpux ta’ Ċipru daħlet f'kull tip ta' attività sabiex ixxerred il-messaġġ illi t-tipjip huwa ta' ħsara għas-saħħa mhux biss għall-persuna li tpejjep infisha iżda wkoll għal dawk kollha ta’ madwarha, meta hija tpejjep.
L-istampar u d-distribuzzjoni mifruxa ta’ materjal stampat, inkluż materjal awdjoviżwali, diskussjonijiet fuq ir-radju u t-televiżjoni, diskussjonijiet fl-iskejjel għall-istudenti u f’laqgħat għall-ġenituri, kif ukoll il-pressjoni għall-introduzzjoni ta’ liġijiet u regolamenti dwar it-tipjip f’postijiet pubbliċi u postijiet tax-xogħol, kienu xi wħud mill-attivitajiet li wettqet, matul dan iż-żmien kollu.
Sors: Cyprus National Coalition for Smoking Prevention, 12 ta’ Settembru 2005 |