L-ahbarijiet kollha /
istituzzjonali / Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi / Konferenzi / edukazzjoni / Saħħa / Leġislazzjoni u liġi / Ekonomija / Oħrajn
Ahbarijiet
It-2 Konferenza Internazzjonali ta’ CIFCOT dwar il-Kontroll tat-Tabakk għall-Pajjiżi li Jitkellmu bil-Franċiż
23/09/2005
It-2 Konferenza Internazzjonali ta’ CIFCOT dwar il-Kontroll tat-Tabakk għall-Pajjiżi li Jitkellmu bil-Franċiż saret f’Pariġi mit-18 sal-21 ta' Settembru, 2005
Għall-konferenza attendew 700 rappreżentant minn 33 pajjiż tad-dinja li titkellem bil-Franċiż u kkonkludew bl-Appell ta’ Pariġi. Ir-rappreżenanti adottaw b‘mod unanimu dan li ġej:

-Il-Konvenzjoni Kwadra dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC) għandha tiġi ratifikata, trasposta u applikata mill-gvernijiet tal-pajjiżi li jitkellmu bil-Franċiż;

- L-opinjoni pubblika, speċjalment fl-Affrika, l-Asja u l-Oċean Indjan, teħtieġ li tkun magħmula konxja mill-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni li jinkludi, fost affarijiet oħra, projbizzjoni fuq ir-reklamar tat-tabakk, żjieda annwali fit-taxxi fuq it-tabakk, projbizzjoni ġenerali fuq it-tipjip fil-postijiet pubbliċi u fuq il-postijiet tax-xogħol, l-għoti ta’ servizzi ta’ “waqfien mit-tipjip” u kampanja informattiva effettiva għall-pubbliku ġenerali (b’mod partikolari għall-gruppi żvantaġġjati) dwar l-effetti tat-tipjip.

Aktar dettalji fuq www.cifcot.com

Sors:
CIFCOT,
21 ta’ Settembru 2005
 4/5